2011

Twaqqaf grupp ġdid mis-Sur Stephen Brincat, fotografu sportiv, li ġie msemmi l- Malta Blood Donation Support Group, bil-għan li jinkoraġġixxi u jeduka lin-nies, speċjalment dawk li huma involuti fl-isport. Il-websajt tal-grupp ta’ appoġġ kienet www.givelife.com.mt

Sunday Times and It Torca 2011

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm 2011, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm organizza riċeviment għall-membri tal-midja biex juru gratitudni u ringrazzjament tal-għajnuna tagħhom fi żminijiet ta’ bżonn u kriżi. Għal din l-okkażjoni, ġew mistiedna il-President ta’ Malta l-Eċċellenza Tiegħu it- tabib George Abela flimkien mal-Ministru tas-Saħħa it-Tabib Joe Cassar. Waqt din l-okkażjoni, il-Ministru tas-Saħħa stqarr li, b’appuntament, d-donaturi regolari kienu se jingħataw il-vaċċin tal-influwenza b’xejn fiċ-ċentru nazzjonali tat-trasfużjoni tad-demm.

F’din is-sena nxtrat magna tal-irradjazzjoni biex id-demm li jrid jiġi irradjat qabel ma jingħata lill-pazjent ikun jista’ jiġi pproċessat fid-dipartiment stess, minflok jintbagħat fl-Isptar Boffa kif kienet il-prattika qabel. Dan għen biex jitnaqqas iż-żmien biex dan it-tip ta’ demm isir disponibbli meta jkun meħtieġ.

Id-Dipartiment Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm introduċa boroż tad-demm għall- użu pedjatriku. Dan jinvolvi li l-borża taċ-ċelluli ħomor tad-demm tiġi maqsuma f’boroż iżgħar, magħmula speċjalment għall-użu pedjatriku minħabba li dawn il-pazjenti huma trasfusi b’volum li huwa iżgħar minn dak tal-adulti.

Pediatric Bags

2012

Fl-isforz kontinwu tiegħu biex jipprovdi l-aħjar servizz possibbli għad-donaturi, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm waqqaf sistema ta’ wi-fi fiż-żona tad-donazzjoni għall-benefiċċju tad-donaturi kollha li jista’ jkollhom bżonn aċċess għall-internet waqt li jagħtu d-demm.​

L-10,000 donazzjoni tad-demm ingħata fuq il-Blood Mobile Unit wara li ġie rranġat mill-ġdid fi Frar 2009. Minn dakinhar il-mobile unit intuża 684 darba. Is-Sur Aldo Busuttil kien l-10,000 donatur tad-demm; huwa spjega s-sodisfazzjon tiegħu bħala donatur regolari, għaliex qed jgħin lil dawk li għandhom bżonn kbir tad-demm.

The 10,000th Blood Donor on the mobile unit

Minn din is-sena, mill-21 ta’ Mejju, beda jopera Ċentru tad-Donazzjoni fl-Isptar Mater Dei.

Ġew installati magni ġodda tal-aferesi għad-donazzjoni ta’ plejtlits minn donatur wieħed. Dawn ippermettew il-produzzjoni ta’ doża doppja.

2013

Sar studju ta’ riċerka dwar l-Istorja tal-Banek tad-Demm f’Malta minn Claudine Balzan, li taħdem bħala infermiera fis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. Dan ġie ppubblikat fil-Ġurnal Mediku Malti. Sussegwentement, tnediet l-Istorja tal-Banek tad-Demm f’Malta, li qed tinżamm aġġornata fuq il-websajt tad-dipartiment.

Matul din is-sena d-dipartiment nieda l-paġna uffiċjali tiegħu fuq Facebook flimkien ma’ app ġdid, fejn kull ċittadin Malti eliġibbli jista’ jirreġistra bħala donatur potenzjali tad-demm (Malta llum, 30 ta’ Ġunju, 2013).

L-għoti tad-demm fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ġie rilokat fid-Dipartiment tal-Out-Patients f’Ottubru ta’ din is-sena. Jiftaħ kull nhar ta’ Ħadd alternat, bejn it-8.30 ta’ filgħodu u s-1.00 ta’ wara nofsinhar. Intbagħtet ittra ta’ spjegazzjoni lill-Għawdxin kollha.

F’din is-sena, ġie aċċettat applikazzjoni għal liċenzja għal prodott ġdid, washed red cells (ċelluli ħomor tad-demm li minnhom jitneħħa l-biċċa l-kbira tal-plażma, plejtlits u ċelluli bojod tad-demm).

2014

Minn din is-sena, l-għoti tad-demm fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex beda jsir ukoll kull nhar ta’ Tlieta alternat bejn is-1.00 u l-5.00 ta’ wara nofsinhar.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Dr Chris Fearne inawgura estensjoni taċ-ċentru tal-ipproċessar tad-donazzjonijiet tad-demm.

Matul din is-sena, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm nieda l-Kampanja Għid Grazzi.

  • biex jiżdied l-apprezzament fost il-pazjenti u l-qraba, speċjalment dawk li rċevew trasfużjonijiet tad-demm;
  • biex iħeġġeġ lill-qraba u l-ħbieb tal-pazjenti biex jagħtu d-demm;
  • fejn possibbli, biex jinkoraġġixxi lill-pazjenti nfushom biex isiru donaturi tad-demm fil-futur, wara l-irkupru sħiħ tagħhom minn inċidenti, trawma, kirurġija maġġuri u kondizzjonijiet oħra.
Say Thank you Campaign

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm 2014, ġiet organizzata festa għad-donaturi kollha tad-demm li għaliha attendew l-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta, u l-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Mons. Paul Cremona O.P. Fid-diskors tagħha, l-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca enfasizzat l-importanza li jingħata d-demm sabiex tiġi ssalvata l-ħajja. Hija rringrazzjat ukoll lid-donaturi kollha li ġabu lil uliedhom magħhom hekk kif kienu qed jagħtu eżempju tajjeb ta’ dan l-att nobbli lit-tfal tagħhom biex fil-futur ikunu mħeġġa jsiru donaturi wkoll.

WBDD2014

WBDD ġie organizzat ukoll f’Għawdex fit-22 ta’ Ġunju għall-ewwel darba.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, L-Onorevoli Chris Fearne, illum żar iċ-Ċentru tad- Donazzjoni tad-Demm f’ Gwardamangia waqt l-għoti tad-demm li sar b’ kollaborazzjoni mal-Life Cycle Challenge Team. It-Tabib Fearne ħa l-opportunità biex jirreġistra ruħu bħala donatur tal-organi.

Dr Chris Fearne

L-attività qed issir biex titqajjem kuxjenza dwar il-bżonnijiet tal-pazjenti b’problemi tal-kliewi li jeħtieġu bejn 5-10% tad-demm miġbur mill-Bank Nazzjonali tad-Demm. Viżitaturi qed jiġu mħeġġa wkoll biex jirreġistraw biex ikunu donaturi tal-organi. Waqt iż-żjara, it-Tabib Chris Fearne faħħar ix-xogħol li sar mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, ir-Renal Unit u l-għaqdiet bħal Life Cycle li jagħtu appoġġ kostanti lill-pazjenti. Huwa stieden aktar nies biex jibdew jagħtu d-demm u jieħdu d-deċiżjoni li jsiru donaturi tal-organi. Il-Life Cycle Challenge Team kien se jitlaq għall-Ġappun fil-futur qarib għal-Life Cycle ta’ din is-sena.

The Life Cycle Challenge

2015

‘Grazzi Talli Salvajtli Ħajti’ kienet it-tema ta’ din is-sena magħżula mill-WHO għall-Jum Dinji tad-Donatur tad-Demm. F’din l-okkażjoni, l-Eċċellenza Tagħha Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ppreżentat premju ta’ rikonoxximent lil 16-il donatur tad-demm li kienu ilhom jagħtu d-demm u jsalvaw l-ħajja għal ħafna snin. Din kienet l-ewwel darba li premju bħal dan ġie ppreżentat lid-donaturi tad-demm mill-President tar-Repubblika.

Waqt iċ-ċerimonja Claudine Muscat li għandha 24 sena u li ilha tieħu d-demm b’mod regolari minn meta kienet żgħira, esprimiet il-gratitudni tagħha lid-donaturi kollha tad-demm talli żammewha ħajja.

Din iċ-ċerimonja ġiet organizzata mid-Dipartiment Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta. Is-16-il donatur tad-Demm li ngħataw premju għar-rikonoxximent kienu:- Joseph Baldacchino, Doris Mallia, Joseph Debattista, Jane D’Alfonso, Iseo Pavanello, Rita Debono, Charles Bianco, Mary Rose Grech, Joseph Grima, Grace Zahra, Raymond Grech, Catherine Fleri Soler, Godfrey Aquilina, Mary Doris Fenech, Christopher Azzopardi u Joseph Cassar. Aqra aktar.

WBDD 2015

2016

L-iskrining għall-West Nile Virus beda matul din is-sena.

Il-Ministru tas-Saħħa, l-Onorevoli Chris Fearne, fiż-żjara tiegħu fid-Dipartiment Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, iddikjara li d-demm se jkun iffriżat għal 10 snin f’każijiet bħal dawk fejn għandhom tip ta’ demm rari. Aqra aktar

Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Eċċellenza Tagħha Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ppreżentat premju ta’ rikonoxximent lil 17-il Donatur tad-Demm li f’dawn l-aħħar snin taw id-demm b’mod regolari. Aqra iktar

WBDD 2016

Din is-sena intlaħaq milestone ġdid bil-bidu tal-iffriżar taċ-ċelluli ħomor li ippermetta lid-dipartiment jaħżen għal bosta snin unitajiet ta’ tipi ta’ demm rari ħafna (għal minimu ta’ 10 snin). Aqra iktar

2017

Kienet sena impenjattiva fix-xogħol preparatorju biex tinkiseb liċenzja għal-Cornea Banking. Wieħed mix-xjenzati tagħna, Kurt Dimech, kien involut ħafna fil-prattika tal-proġett u rċieva wkoll it-taħriġ meħtieġ li kien maħsub li jkompli fl-2018.

Żewġ membri tal-istaff, Sylvana Abela miż-Żona tad-Donazzjoni u Janice Barbara Gatt mil-Laboratorju tas-Seroloġija tad-Donaturi, kisbu ċertifikazzjoni bħala Uffiċjali tas-Saħħa u s-Sigurtà tal-NBTS, wara li rċevew it-taħriġ rilevanti.

Din is-sena nħarġet verżjoni aġġornata tal-fuljett bl-isem ‘Titħajjar tagħti d-Demm‘.

It-tobba tad-dipartiment tagħna ħarġu fuljett bl-isem ‘Il-Ħadid u Int‘ -‘Iron and You’ u ieħor bit-titlu ‘Ikel rikk fil-ħadid’ -‘Iron Rich Food’, biex iservu ta’ gwida għad-donaturi.

It-tema ta’ din is-Sena għall-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm kienet ‘Tistenniex sakemm jolqot xi diżastru. X’tista tagħmel? Agħti d-demm, Agħti issa, Agħti ta’ spiss’. Il-Vjetnam kien il-pajjiż li ospita l-avveniment ta’ din is-sena.

F’din l-okkażjoni l-Eċċellenza Tagħha Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ppreżentat premju ta’ rikonoxximent lil 13-il Donatur tad-Demm li ilhom jagħtu d-demm u jsalvaw l-ħajja għal ħafna snin. Dawn kienu:- Brincat Ivan, Frendo Ernest, Lia Francis, Muscat Anthony, Gauci Carmelo, Galea Carmelo, Muscat Antoine, Busuttil Ray, Buġeja Carmen, Buġeja Georġina, Camilleri Josephine, Farrugia Josephine, Vella Rita.

WBDD 2017

2018

Din is-sena bdiet bl-introduzzjoni ta’ Programm Ġdid ta’ Ġestjoni ta’ Tagħmir bl-isem Clingo biex ikun konformi mad-Direttiva tal-UE 2005/62, li tgħid li t-tagħmir kollu għandu jiġi vvalidat, ikkalibrat u miżmum biex ikun adattat għall-iskop maħsub tiegħu. L-istruzzjonijiet tat-tħaddim għandhom ikunu disponibbli u għandhom jinżammu rekords xierqa.

Fil-bidu ta’ Marzu, l-ewwel korneas ġew irkuprati u maħżuna taħt l-arranġamenti l-ġodda ta’ liċenzjar.

F’Mejju ġiet inawgurata spiżerija ġdida fix-Xewkija Għawdex. Din se sservi wkoll bħala post għal sessjonijiet ta’ donazzjoni tad-demm fejn id-donaturi jistgħu jagħtu d-demm kull nhar ta’ Tlieta alternat bejn is-1.00 u l-5.00 ta’ wara nofsinhar u l-Ħadd alternat bejn it-8.30 ta’ filgħodu sas-1.00 ta’ wara nofsinhar. Aqra iktar

Opening of Xewkija Berga

Din is-sena s-Sur Joe Baldacchino ta l-140 donazzjoni tad-demm tiegħu, li għamlu id-donatur bl-ogħla ammont ta’ donazzjonijiet li qatt ġew irreġistrati. Aqra iktar

140th Blood Donation

‘Kun hemm għal xi ħadd ieħor. Agħti d-Demm. Aqsam il-ħajja.’ kienet it-tema magħżula għall-WBDD ta’ din is-sena li kien ​ospitat fil-Greċja. F’Malta, kull sena, madwar 7 donaturi rġiel jagħtu donazzjoni tad-demm għall-100 darba filwaqt li 5 nisa jagħmlu l-50 donazzjoni tad-demm tagħhom. Dan ġie rikonoxxut mill-Eċċellenza Tagħha Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca fejn ippreżentat premju ta’ rikonoxximent lil 13-il Donatur tad-Demm li ilhom jagħtu d-demm u jsalvaw l-ħajja għal bosta snin. Dawn kienu:- Abela Consiglio, Borġ Raymond, Cassar Albert, Fenech Salvu, Gauci Robert, Micallef Engerer John, Micallef Joseph, Bondin Marvi, Buttiġieġ Maria Annunziata, Filletti Carmen, Mifsud Antoinette, Sapiano Mary Josephine, Sciberras Maria Concetta. L-attività saret fil-Ġonna ta’ San Anton. Aqra iktar

WBDD 2018

Għall-ewwel darba, id-dipartiment tagħna kien parti minn sensiela ta’ avvenimenti għall-adulti li ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora fil-Kalkara kien qed iwettaq bl-isem Bloody Late​​. L-avveniment kien fih workshops fuq Il-proċess involut mid-donazzjoni sakemm jirċievi d-demm il-pazjent, is-sistema taċ-ċirkolazzjoni tad-demm u l-kompatibbiltà tad-demm, flimkien ma’ wirja li tenfasizza l-ħidma mwettqa mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm​.

Bloody Late Esplora

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne inawgura l-Mobile Unit tad-donazzjoni tad-demm li kienet għadha kif ġiet irranġata mill-ġdid. Aqra iktar

2019

Din is-sena kienet sena impenjattiva u mimlija attività għad-Dipartiment Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm.

Ġie ffirmat memorandum bejn il-kunsilli lokali u s-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm.

Local Council Memorandum

‘Demm Sigur għal Kulħadd’ kienet it-tema ta’ din is-sena għall-Jum Dinji tad-Donatur tad-Demm magħżul mill-WHO, li kien ospitat mir-Rwanda. F’din l-okkażjoni, l-Eċċellenza Tiegħu Il-President ta’ Malta George Vella ppreżenta premju ta’ rikonoxximent lil 17-il Donaturi tad-Demm li kienu ilhom jagħtu d-demm u jsalvaw l-ħajja għal bosta snin. Dawn kienu Joanna Abela, Rita Azzopardi, Martin Bugelli, Susanne Bonnici, Jimmy Sammut, Josette Farrugia, Lawrence Gialanze, Margaret Galea, Anthony Deguara, Doris Grima, Paul Deguara, Maria Portelli, Alfred Calleja, Mary Sant, Stephen Vella, Joanna Pecorella u Anna Zammit. ​ Aqra aktar.

Dr George Vella President of Malta
Ritratt bil-kortesija tal-Uffiċċju tal-President ta’ Malta
WBDD 2019
Ritratt bil-kortesija tal-Uffiċċju tal-President ta’ Malta

Din iċ-ċerimonja ġiet organizzata mid-Dipartiment Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm fil-Palazz Verdala fil-Buskett.

Matul din is-sena intlaħaq milestone ieħor bl-introduzzjoni tan-NAT-Testing (Nucleic Acid Test) u l-ittestjar għall-West Nile Virus.

L-Eċċellenza Tiegħu il-President ta’ Malta George Vella, żar id-Dipartiment Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Aqra aktar

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Dr Chris Fearne żar id-Dipartiment Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm filwaqt li staff mill-ministeru tas-saħħa ta d-demm.

Is-sistema tad-database tad-dipartimenti ġiet aġġornata għal eProgesa v5.0.3. Dan ġab ukoll l-introduzzjoni tat-tikkettar ISBT (Soċjetà Internazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm – International Society of Blood Transfusion)

Apparti minn dan, il-kwestjonarju​ wkoll ġie aġġornat biex ikopri l-bidliet li seħħew.

Verżjoni aġġornata tal-fuljetti ta’ ‘Grazzi’, ‘Issir Donatur tad-Demm’ u ‘Titħajjar tagħti d-Demm’, ġew ippubblikati din is-sena. Inkitbu wkoll żewġ fuljetti oħra ‘Iron and You‘ – ‘Int u l-Ħadid​’, biex jiggwidaw lid-donaturi dwar l-importanza li tinżamm ħażna tajba tal-ħadid f’demmhom.

Is-Sinjura Caroline Cassar inħatret bħala l-Uffiċjal il-ġdid tal-Protezzjoni tad-Data tad-dipartiment. Se tkun qed tieħu handover mis-Sur Kevin Valletta, li kellu din il-kariga għal bosta snin. Politiki ġodda dwar il-Protezzjoni tad-Data nħarġu skont il-GDPR. Dan flimkien ma’ informazzjoni dwar il-GDPR u l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni jistgħu jinstabu fuq dan il-websajt billi tikklikkja hawn.

Ġie miftiehem ukoll din is-sena, li l-Bank tad-Demm se jkun qed jespandi r-rwol tiegħu billi jistabbilixxi Ċentru għad-Demm, Tessuti u Ċelloli wara li jkunu nkisbu fondi mill-Unjoni Ewropea. Il-bini ta’ dan iċ-ċentru l-ġdid mistenni jibda kmieni s-sena d-dieħla (Aqra aktar: Diskors tal-Baġit 2019 pg 88)​.

2020

Il-pandemija

Din is-sena kienet waħda ta’ sfida kbira. Bħall-bqija tad-dinja, Malta ntlaqtet mill-pandemija tal-COVID-19, li ħalliet ukoll l-impatt tagħha fuq is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. Aqra aktar​. Ittieħdu diversi miżuri biex jissalvagwardjaw il-benessri kemm tad-donaturi kif ukoll tal-persunal, bħall-osservazzjoni stretta tat-tekniki tad-diżinfezzjoni, l-ilbies ta’ maskri/vajżers, kif ukoll l-osservanza tad-distanza soċjali waqt is-sessjonijiet tal-għoti tad-demm fis-siti kollha tagħna. Aħna grati għall-appoġġ kontinwu mid-donaturi, li minkejja t-tbatijiet, baqgħu leali lejn il-pazjenti tagħna u li xorta għamluha possibbli għalina biex nipprovdu provvista sostenibbli tad-demm lill-isptarijiet tagħna.

Bl-isfidi l-kbar tal-pandemija waslet opportunità biex tkompli tgħin lill-popolazzjoni Maltija. Għalhekk, l-NBTS imbarka fuq proġett ġdid biex jinkiseb il- COVID-19 Convalescent Plasma (CCP). Dan il-komponent ‘speċjali’ kellu jintuża biex jgħin lill-pazjenti jirkupraw mill-COVID, peress li l- vaċċin ma kienx disponibbli fl-ewwel xhur tal-2020. Aqra Aktar​.

Donor donating Convalescents Plasma
Convalescent Plasma

Żjara uffiċjali

Il-Prim Ministru Malti Dr Robert Abela żar is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm fejn iltaqa’ mal-membri kollha tal-istaff. Huwa wera l-apprezzament tiegħu għax-xogħol tad-Dipartment li jistinka kontinwament biex jipprovdi provvista sigura u sostenibbli ta’ demm u prodotti tad-demm, anke fi żminijiet diffiċli bħall-pandemija tal-COVID-19.

Il-Jum Dinji tad-Donatur tad-Demm

It-tema għall-Jum Dinji tad-Donatur tad-Demm (WBDD) kif magħżula mid-WHO għall-2020 kienet ‘Demm Sigur Isalva l-Ħajja’, bl-użu tal-islogan ‘Agħti d-Demm u Agħmel id-Dinja Post aktar b’Saħħtu’. Aċċess għad-demm u prodotti tad-demm siguri u ta’ kwalità assigurata huma meħtieġa kuljum u kullimkien madwar id-dinja. Il-ħsieb wara din il-kampanja kien li jiffoka fuq l-impenn li l-individwi jistgħu jagħmlu biex itejbu l-benessri ta’ ħaddieħor billi jsiru donaturi tad-demm.

Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, iċ-ċerimonja li normalment tiġi organizzata għall-WBDD, fejn l-Eċċellenza Tiegħu il-President ta’ Malta jagħti premju ta’ rikonoxximent lil donaturi regolari tad-demm, ma setgħetx issir. Minflok, għal din l-okkażjoni ġie ppreparat vidjo biex iwassal messaġġ sinifikanti mill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta Dr George Vella u wkoll mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Dr Chris Fearne.

Premju tal-Kwalità

Suċċess ieħor għall-NBTS matul l-2020 kienet dik tal-Premju tal-Kwalità. Din hija distinzjoni mogħtija lil dipartimenti u entitajiet fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika meta l-għoti ta’ servizz tagħhom lill-klijenti tilħaq l-ogħla standards kif definiti permezz tal-erba’ pilastri. Aqra aktar​.

The Quality Award Logo

Dr Alex Aquilina (Direttur Mediku) irċieva l-premju f’isem NBTS mingħand l-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta Dr George Vella waqt ċerimonja li saret fil-Palazz Verdala f’Settembru. Dr Aquilina ikkummenta: “Ninsab kburi li nmexxi t-tim fl-NBTS. Inħeġġeġ lill-istaff kollu biex ikun kburi wkoll u juri dan fl-attitudni tagħhom lejn il-kollegi u lejn ix-xogħol tagħhom, ikunu xi jkunu l-ħidmiet u l-isfidi”. Aqra aktar.

Dr Aquilina receiving the Quality Award

Sistema ta’ Appuntamenti

Is-sezzjonijiet tal-IT u taż-Żona tad-Donazzjoni tal-NBTS ħadmu biex jistabbilixxu programm fi ħdan id-database tad-dipartiment, biex ikun jista’ jitwaqqaf sistema ta’ appuntamneti għad-donaturi. Din tnediet lejn l-aħħar tal-2020 u hija mmirata biex tipprovdi servizz aktar effiċjenti għad-donaturi, kif ukoll provvista tad-demm aktar sostenibbli b’donazzjonijiet skedati.