IL-MISSJONI TAGĦNA

Li nipprovdu provvista sostenibbli ta’ demm ħieles mill-mard u li niżviluppaw servizz għat-tessuti u ċ-ċelloli f’konformità mal-istandards rilevanti kollha, li nirrispettaw l‑għotja volontarja tad-donatur, għall-benefiċċju tal-pazjenti. Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm (NBTS) għandu wkoll l-għan li jipparteċipa f’attivitajiet ta’ riċerka, innovazzjoni, taħriġ u edukazzjoni permezz ta’ sħubija ma’ entitajiet oħra.

IL-VIŻJONI TAGĦNA

Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm: Mingħand id-donatur għall-pazjent, naħdmu għall-eċċellenza.