L-Istorja tat-Trasfużjoni tad-Demm u l-Banek tad-Demm f’Malta tmur lura għas-snin tletin, ftit wara li ġiet skoperta t-trasfużjoni tad-demm, fejn ġew maħduma l-prinċipji u l-prattiċitajiet tal-ħażna tad-demm (Mediċina Kontemporanja f’Malta, 2005).

1930-1931

L-ewwel 3 gruppi tad-demm ġew irreġistrati fl-Isptar Ċivili Ċentrali, li kien jinsab il-Furjana.

1934-1935

Tul din is-sena saru 14-il grupp tad-demm.

1934

Matul din is-sena, il-gruppi tad-demm bdew jintużaw għat-trasfużjoni tad-demm f’każijiet perikolużi ta’ emorraġija. Tipi standard ta’ sera magħrufa kienu dejjem miżmuma fil-ħażna u t-tqabbil tad-demm kien konsegwentement isir aktar malajr u b’hekk kien jiġi evitat dewmien li kien ikun ta’ ħsara għall-pazjent. Il-maġġoranza tad-donaturi tad-demm kienu qraba tal-pazjenti stess, iżda oħrajn li kienu studenti li jattendu l-isptar għall-prattika, li offrew volontarji, ġew aċċettati wkoll.

1935-1936

Matul din is-sena saru 66 grupp tad-demm.

Din is-sena nbeda Servizz ta’ Trasfużjoni tad-Demm, fejn dawk li xtaqu jagħmlu volontarjat kienu ġew mistiedna japplikaw permezz ta’ Avviż tal-Gvern ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fid-29 ta’ Novembru, 1935, li kien jgħid:-

‘Persuni, irġiel u nisa li huma lesti li joffru demmhom għat-trasfużjoni f’ċerti każijiet ta’ urġenza kbira fl-Isptar Ċivili Ċentrali huma mitluba jikkomunikaw mas-Supretendent tal-isptar, li se jipprovdi l-informazzjoni kollha li tista’ tkun meħtieġa b’rabta ma’ dan is-servizz.’
Uffiċċju tal-Istituzzjonijiet tal-Karità F. Mercieca
Valletta. Id-29 ta’ Novembru, 1935 Kontrollur tal-Istituzzjonijiet tal-Karità.

1937

Kien hemm amalgamazzjoni tal-Istituzzjonijiet tal-karità mas-Settur tas-Saħħa Pubblika.

Matul din is-sena, ġiet proposta skema biex id-demm ikun disponibbli iżda falliet minħabba nuqqas ta’ donaturi. Xi drabi ġew ipprovduti donaturi minn fost l-istudenti, għaliex il-qraba tal-pazjenti fil-biċċa l-kbira tal-każijiet kienu joqogħdu lura milli jaqdu dan ir-rwol. It-Tabib J Ellul, Ostetriku u Ġinekologu, ikompli jgħid li ‘għandha ssir xi ħaġa aktar prattika biex ikun hemm donaturi f’każi ta’ emerġenza, kif normalment ikunu l-każijiet ostetriċi u peress li t-tieni l-ogħla kawża tal-mortalità kien minħabba l-anemija akuta minn emorraġija severa, fejn f’dawn il-każijiet trasfużjonijiet tad-demm immedjati kienu jkunu tassew ta’ benefiċċju u b’hekk ibaxxu r-rata tal-mewt’.

1938

Dan ta’ hawn taħt juri gruppi tad-demm li saru matul is-sena msemmija, fil-laboratorju kliniku fl-Isptar Ċentrali, il-Furjana
Tip I -2; Tip III – 36
Tip II – 17; Tip IV – 2

1939

Trasfużjoni tad-Demm
‘Listi ta’ voluntiera għat-trasfużjoni tad-demm huma ordnati li jinżammu fil-vapuri u l-istabbilimenti kollha u l-irġiel ikkonċernati se jkollhom test tad-demm sabiex ikunu jistgħu jiġu miġbura kif xieraq. Bl- istess prattika bħal-ħajja ċivili u fl-armata, ma jsir l-ebda ħlas ta’ flus, iżda d-donaturi navali f’kull okkażjoni se jingħataw 48 siegħa leave, li jista’ jittawwal jekk ikun meħtieġ fid-diskrezzjoni tal-Uffiċjal Mediku’, (Times ta’ Malta, 5 ta’ Ġunju, 1939).

1940

It-Tieni Gwerra Dinjija. Fit-28 ta’ Mejju 1940 twaqqaf bank tad-demm fl-Isptar ta’ Bugeja (li qabel kien l-Istitut Tekniku Privat ta’ Bugeja), li kien jifforma parti mill-Ħamrun. Matul dan iż- żmien, it- trasfużjonijiet tad- demm saru minn demm sħiħ iżda l-plażma mnixxfa laħqet xtutna ftit wara li ġiet rilaxxata fil-Gran Brittanja u nstabet utli u effettiva f’każijiet xierqa.

1930-1950_bugeja_institue

1940

L-appelli għad-Donaturi tad-Demm kienu jsiru ta’ spiss fuq il-gazzetti lokali, l-età biex jingħata d-demm kienet bejn 16 u 45 sena kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa, (Times of Malta, 20 u 29 ta’ Mejju, 1940).

1940

Donaturi tad-demm
‘B’risposta għall-appell tad-Dipartiment tas-Saħħa u Mediku diversi rġiel u nisa offrew is-servizz tagħhom bħala donaturi tad-demm. Għandha issir għażla bir-reqqa qabel ma l-voluntiera jiġu finalment aċċettati u diversi donaturi tad-demm ta’ voluntiera oħra huma meħtieġa b’mod urġenti u dawn għandhom japplikaw fl-Uffiċċju Prinċipali, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta. (Times of Malta 31 ta’ Mejju, 1940).

1942-1947

Matul dawn is-snin, saru trasfużjonijiet tad-demm mill-assistent kirurgu, l-aktar fl-Isptar Bugeja. Dan l-isptar kien stabbiliment ta’ emerġenza u baqa’ l-isptar prinċipali ta’ emerġenza u kirurġija ġenerali.

1943

It- Tabib C. Podesta’ ġie rrakkomandat bħala assistent kirurgu permanenti fis-Servizz tat-Trasfużjoni tad-Demm.

Il-fuguri ta’ hawn taħt juru n-numru ta’ trasfużjonijiet tad-demm li saru bejn l-1942-1946.

1948

Is-Servizz tat-Trasfużjoni tad-Demm ġie trasferit mill-Isptar Bugeja għall-Isptar San Luqa f’Guardamangia.

1949

L-ewwel gruppi tad-demm saru fl-Isptar tar-Rabat f’Għawdex.