Kull darba li persuna tattendi ċentru għall-ġbir tad-demm, il-livell tal-emoglobina jiġi ċċekkjat. Dan isir billi tieħu qatra ċkejkna demm mill-ponta tas-saba’ tal-persuna, li titpoġġa f’magna speċjali li tkejjel il-livell tal-emoglobina.

L-emoglobina (Hgb) hija proteina li tinsab fiċ-ċelluli ħomor tad-demm li jġorru l-ossiġnu madwar il-ġisem u li jagħtu lid-demm dak il-kulur ħamrani. Iċ-ċelloli u t-tessuti jeħtieġu provvista kostanti ta’ ossiġnu biex jaħdmu kif suppost. Il-livelli tal-emoglobina jvarjaw minn persuna għal oħra u ġeneralment l-irġiel għandhom livelli ogħla min-nisa.

Il-banek tad-demm jistabbilixxu livelli ta’ ‘cut-off’ pjuttost għoljin biex jiżguraw li l-livelli tal-emoglobina tad-donaturi ma jinżlux taħt in-normal wara li jagħtu d-demm. Biex tiġi ggarantita s-sigurtà tad-donaturi, f’Malta il-livell ta’ Hgb jeħtieġ li jkun mill-inqas 12.5 g/l għan-nisa u 13.5 g/l għall-irġiel qabel id-donazzjoni (din hija fil-fatt id-Direttiva tal-UE).

Għaliex l-Emoglobina jista’ jkun baxx wisq?

Hemm drabi meta l-livelli tal-emoglobina jistgħu jkunu baxxi wisq biex tkun tista’ tagħti d-demm. Raġunijiet komuni jistgħu jkunu:-
Xi nies normalment ikollhom livelli aktar baxxi tal-emoglobina eż. minħabba livelli baxxi maħżuna tal-ħadid, (il-ħadid huwa meħtieġ biex tagħmel l-emoglobina) u għalhekk il-livell jista’ jaqa’ taħt in-normal. Huwa magħruf li xi kategoriji ta’ donaturi għandhom imħażen tal-ħadid aktar baxxi, eż. nisa f’età li jista’ jkollhom it-tfal u donaturi regolari.

Tagħti Spinta għal-livelli tal-ħadid

Dieta bilanċjata kif suppost tgħin biex jinżamm livell tajjeb ta’ ħadid fid- demm.

Il-Vitamina Ċ tgħin fl-assorbiment ta’ ħafna mill-ħadid preżenti fl-ikel; għalhekk huwa tajjeb li tinkludi ikel b’ ħafna vitamina Ċ mal-ikliet.

Bil-għan li n-nies ikunu infurmati aħjar dwar kif u għaliex maħżen tajjeb tal-ħadid huwa importanti għad-donaturi tad-demm, id-dipartiment ippubblika fuljett bit-titlu :- ‘Ħadid u Int’. Ikklikkja hawn biex tarah