Quality Service Logo

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm (NBTS) kiseb il-Marka ta’ Kwalità.

Il-Marka ta’ Kwalità hija distinzjoni mogħtija lil dipartimenti u entitajiet fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika, li servizz provdut lill-klijenti tagħhom jilħaq l-istandards ta’ servizz stabbiliti permezz tal-4 Pilastri (vuċi u fehim tal-klijent, disinn u implimentazzjoni ta’ politika u servizzi li jissodisfaw l-aspettazzjonijiet tal-klijenti, l-għoti ta’ servizz ta’ kwalità u kontabilitàfejn in-nies isiru parti mill-eċċellenza tas-servizz ipprovdut), l-10 Determinanti tas-Servizz ta’ Kwalità kif definiti mill-mudell ta’ kwalità SERVQUAL (Affidabbiltà, Sensibilità, Kompetenza, Aċċess, Korteżija, Komunikazzjoni, Kredibbiltà, Sigurtà, Fehim/Tagħraf lill-Klijent u Tanġibbiltà), Direttiva 4-2 u kwalunkwe direttivi jew politika oħra li jistabbilixxu standards ta’ kwalità fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika.

NBTS Quality Award Presentation

Il-verżjoni bl-Ingliż ta’ ‘Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, iċ-Ċarter tas-Servizz ta’ Kwalità ‘ tista’ titniżżel minn hawn u l-verżjoni bil-Malti tista’ titniżżel minn hawn​​​.

Bil-kisba tal-Marka ta’ Kwalità, Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jikkommetti ruħu li jiżgura monitoraġġ kontinwu tal-istandards bil-għan li jżomm il-Marka ta’ Kwalità.

Aktar informazzjoni dwar il-Marka ta’ Kwalità tista’ tiġi aċċessata minn hawn​.