Niċċelebraw il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm 2018

‘Kun hemm għal xi ħadd ieħor. Agħti d-demm. Agħti parti minn ħajtek lil ħadd ieħor.’ kienet it-tema magħżula għall-WBDD ta’ din is-Sena ospitat fil-Greċja. Kull sena, pajjiżi madwar id-dinja jiċċelebraw il-jum dinji tad-donaturi tad-demm fl-14 ta’ Ġunju.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) tfakkar dan il-jum biex tagħraf il-ġenerożità ta’ dawn in-nies li matul is-snin joffru ftit mill-ħin tagħhom biex jagħtu l-aktar rigal prezzjuż li wieħed jista’ jagħti – id-demm tagħhom stess.

F’Malta, kull sena, madwar 7 donaturi rġiel jagħtu l-100 donazzjoni tad-demm tagħhom filwaqt li madwar 5 nisa jagħmlu l-50 donazzjoni tad-demm. Dan ġie rikonoxxut mill-Eċċellenza Tagħha Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca fejn ippreżentat premju ta’ rikonoxximent lil 13-il Donatur tad-Demm li ilhom jagħtu d-demm u jsalvaw il-ħajja għal bosta snin. Din is-sena dawn kienu – Abela Consiglio, Borġ Raymond, Cassar Albert, Fenech Salvu, Gauci Robert, Micallef Engerer John, Micallef Joseph, Bondin Marvi, Buttiġieġ Maria Annunziata, Filletti Carmen, Mifsud Antoinette, Sapiano Mary Josephine, Sciberras Maria Concetta.

Waqt iċ-ċerimonja, Janet Micallef u Corazon, li rċevew ammont kbir ta’ demm, qasmu l-esperjenza tagħhom u qalu li kieku ma kienx għall-ġenerożità tad-donaturi tad-demm, ma kinux ikunu fostna llum. Aqra iktar

Din iċ-ċerimonja ġiet organizzata mid-Dipartiment Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm fil-Palazz San Anton.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ppubblika dawn il-fatti interessanti li wieħed għandu jkun jaf:-