FAQs

Il-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà għad-donatur u l-persunal qed jiġu osservati. Dawn jinkludu t-teħid tat-temperatura fil-punt tad-dħul, l-użu ta’ sanitisers tal-idejn, l-użu ta’ maskri/visors u d-distanza soċjali. Għal aktar mistoqsijiet dwar l-għoti tad-demm waqt il-Covid-19, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.

Jekk irċivejt il-vaċċin kontra l-COVID-19 trid tħalli jumejn mit-tilqim qabel ma tagħti d-demm. Jekk tiżviluppa sintomi ħfief wara t-tilqima, jekk jogħġbok erġa’ lura għall- għoti tad- demm sebat ijiem wara l- waqfien tas- sintomi.

Wara l-għoti tad-demm, għandhom jgħaddu wkoll sebat ijiem qabel ma jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19.

Fil-prinċipju, mhux aktar minn 15% tal-volum totali tad-demm (TBV) ta’ individwu għandu jinġabar. TBV jiddependi fuq il-piż, it-tul u s-sess.

Fil-bidu tad-donazzjoni, jinġabru 30ml fid-diversion pouch. Din il-borża sservi biex tnaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni tad-demm miġbur minn mikro-organiżmi tal-ġilda. Sussegwentement, madwar 475 mL ta’ demm jinġabru waqt donazzjoni tad-demm. Volum ftit inqas (450mL) jinġabar minn donaturi b’TBV baxx sabiex ma jaqbiżx il-15% tal- volum totali tad-demm miġbur.

Ġismek se jissostitwixxi l-parti likwida tad-donazzjoni fi żmien 24 siegħa meta jittied ammont ta’ fluwidu adegwat. Iċ-ċelluli ħomor jeħtieġu ftit ġimgħat għal sostituzzjoni sħiħa. Id-donaturi huma avżati biex jieklu ilel bnin u biex ikollhom dieta  bilanċjata li hija rikka fil-ħadid biex jerġgħu jimlew il-ħażniet tal-ħadid.

Id-donaturi għandhom jevitaw attività fiżika qawwija fil-ġurnata tad-donazzjoni. Id-donaturi huma wkoll avżati biex jevitaw l-irfigħ tal-piż u l-iscuba diving għal 3 ijiem.

Biex wieħed jagħti d-demm irid ikollu 18-il sena. Donaturi ġodda li għandhom aktar minn 65 sena mhumiex aċċettati. Madankollu, donaturi regolari jitħallew jagħtu d-demm sa għeluq is-70 sena, jekk wieħed ikun ta d-demm mill-inqas darba matul is-sena ta’ qabel.

Żgħażagħ ta’ 17-il sena jitħallew jagħtu donazzjoni tad-demm bil-kunsens bil-miktub tal-ġenituri/ kustodji. L-ebda formola ta’ kunsens oħra ħlief il-Formola uffiċjali ta’ Kunsens tal-NBTS ma hija aċċettata.

Il-piż minimu meħtieġ huwa 50kg.

Fil-każ ta’ donaturi nisa li jiżnu bejn 50kg u 65kg, il-piż minimu meħtieġ jiġi kkalkulat skont it-tul tad-donatur, biex jiġi żgurat li jkun hemm volum totali suffiċjenti tad-demm.

Le. Ma tistax tieħu l-HIV jew xi marda oħra billi tagħti d-demm. Il-materjali użati għad-donazzjoni tiegħek huma ġodda, sterili u li jintremew u huma għal użu ta’ darba biss.

Persuni li qed jirċievu medikazzjoni orali biex jikkontrollaw pressjoni tad-demm għolja huma avżati biex jikkuntattjaw lill-NBTS fuq 7930 7307 jew freephone 8007 4313 biex jiddiskutu l-kwistjoni mal-Uffiċjali Mediċi tagħna, li mbagħad jiddeċiedu dwar l-eliġibilità tad-donatur. Xi nies li jieħdu medikazzjoni tal-pressjoni tad-demm jistgħu jkunu eliġibbli għal donazzjoni; madankollu, dawn il-każijiet jiġu evalwati fuq bażi individwali meta d-donatur iżur ċentru tad-donazzjoni. Ilpressjoni ta’ dik il-ġurnata jeħtieġ ukoll li jkun f’ċertu firxa.

Persuni blivelli għoljin ta kolesterol, kemm jekk huma ikkontrollati bdieta jew b’medikazzjoni, jitħallew jagħtu d-demm.

Donaturi li qed jiġu kkurati bil-bisphosphonates huma eliġibbli biex jagħtu d-demm. Wieħed għandu jikkonsulta mal-Uffiċjali Mediċi tagħna qabel l-għoti tad-demm u jiddikjara t-tip eżatt ta medikazzjoni, il-forma u d-doża tat-trattament.

L-ażżmatiċi li mhumiex fuq xi kura jistgħu jagħtu d-demm. Jekk id-donatur ikun fuq kura, hu/hija avżata biex tikkuntattja liċ-Ċentru biex tiddiskuti t-trattament mal-Uffiċjal Mediku, peress li d-donazzjoni tiddependi fuq jekk l-ażżma hijiexikkontrollata’ jew le, kif ukoll fuq it-trattament li jkun qed jittieħed.

Jekk l-Hb tad-donatur fil-jum tad-donazzjoni jkun adegwat għad-donazzjoni (≥12.5 g/dL għan-nisa u ≥13.5 g/dL għall-irġiel), id-donatur jista’ jagħti donazzjoni tad-demm. Barra minn hekk, id-donatur m’għandux ikun għadda minn gastroskopija matul l-erba’ xhur preċedenti.

B’mod ġenerali, id-donaturi huma mħeġġa jipprovdu riċetti /ittra ta’ ħruġ mill- isptar meta jattendu Ċentri ta’ Donazzjoni tad-Demm.

Sebat ijiem wara t-trattament tal-kanal tal-għeruq, il- capping tas-snien (crown jew veneer), jew meta jitneħħa sinna. Għal proċeduri dentali oħra, ikun aħjar li tikkuntattja lill-uffiċjali mediċi tagħna u tiddiskuti magħhom.

Għal raġunijiet ta’ traċċabilità u minħabba kwistjonijiet loġistiċi, naċċettaw biss donaturi b’dokument validu ta’ identifikazzjoni Malti li jinkludi numru tal-Karta tal-Identità Maltija (dokumenti aċċettati huma karta tal-identità Maltija, Passaport Malti, Liċenzja tas-Sewqan Maltija, Karta ta’ Residenza elettronika għall-barranin jew Karta Diplomatika f’każi ta’ Diplomatiċi). Għalhekk, residenti li mhux oriġinarjament ċittadini Maltin b’karta tal-identità Maltija, jitħallew jagħtu d-donazzjoni tagħhomdejjem ibbażat fuq il-proċess tal-għażla tad-donaturi.

Ir-residenza fir-Renju Unit tidher li hija fattur ta’ riskju ewlieni għall-vCJD (varjant tal-Marda ta’ Creutzfeld Jacob, ta’ sikwit imsejħa ‘Mad Cow Disease’). Peress li m’hemm l-ebda test disponibbli għad-detezzjoni tal-vCJD, id-donaturi kollha li għexu fir-Renju Unit għal perjodu kumulattiv ta’ 6 xhur jew aktar bejn l-1980 u l-1996 huma pprojbiti b’mod permanenti mid-donazzjoni tad-demm.

Id-direttiva ġiet implimentata fil-pajjiżi Ewropej kollha, l-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Kanada. Hija miżura ta’ sikurezza kontra riskju teoretiku. Madankollu, peress li hemm trasmissjoni potenzjali ta’ vCJD permezz ta’ trasfużjoni, huwa rakkomandabbli li jiġi implimentat dan il-protokoll. Fir-Renju Unit u fir-Repubblika tal-Irlanda, xi wħud mill-miżuri introdotti fl-2004 fir-rigward tal-vCJD ġew irtirati reċentement. NBTS Malta qed tissorvelja s-sitwazzjoni u se tirrevedi d-differiment kif xieraq.

Jekk ivvjaġġajt dan l-aħħar huwa rakkomandabbli li ċċemplilna fuq 2206 6201 jew 7930 7307 jew freephone 8007 4313 qabel tiġi biex tagħti d-demm. 

Id-donaturi huma mitluba jagħmlu kuntatt mal-NBTS immedjatament jekk iħossuhom ma jifilħux matul l-ewwel 5 ijiem wara d-donazzjoni peress li dan jistajaffettwa x’jiġri mid-donazzjoni tagħhom. Wieħed jistajċemplilna l-ġimgħa kollha mit-8.00 a.m. sas-6.00 p.m. fuq in-numru tat-telefon 2206 6201. Tista; wkoll tibgħat SMS fuq 7930 7307 jew tibgħatilna e-mail fuq customercare.nbts@gov.mt f’kull ħin.

Le. Bħalissa, mhemm l-ebda ħlas lill-isptarijiet privati għal dan is-servizz. Madankollu, huwa stmat li biex tipproċessa, teżamina u tagħmel id-demm disponibbli għall-pazjenti tiswa lis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm  madwar €150 għal kull unità ta’ ċelluli ħomor.

Dan mhux minnu. Bħalissa, m’hemm l-ebda ħlasijiet għal sptarijiet privati għas-servizz tagħna. Id-demm jingħata lil pazjenti li għalihom huwa indikat, irrispettivament minn jekk il-pazjent huwiex fi sptar tal-istat jew privat. Mhemm l-ebda preferenza. F’okkażjonijiet meta jkun hemm nuqqas ta’ demm, id-demm jingħata lill-pazjenti l-aktar fil-bżonn. F’okkażjonijiet rari, operazzjonijiet mhux urġenti (elettivi) jistgħu jiġu posposti.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet jekk jogħġbok ċempel fuq 2206 6201 jew 7930 7307 jew freephone 8007 4313.