Qatt ħsibt li meta tagħti d-demm, b’donazzjoni waħda attwalment tkun qed tgħin lil tliet persuni?

Dan huwa possibbli grazzi għal żviluppi teknoloġiċi u riċerka li saret snin ilu fejn instab li donazzjoni waħda ta’ demm sħiħ tista’ tiġi sseparata fi prodotti differenti biex isservi aktar filwaqt li tkun ta’ benefiċċju akbar.

Għalhekk, kull donazzjoni tista’ tiġi sseparata fil-prodotti li ġejjin:

A) Ċelloli Ħomor tad-Demm
Konċentrat taċ-ċelloli ħomor li huma neqsin mil-leucocytes (leucodepleted).
Ċelloli ħomor iffiltrati u pproċessati bil-għan li minnhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun ċelloli bojod.

B) Plażma li tista’ tiġi sseparata aktar fi:
Plażma Friska Ffiltrata u Ffriżata
Plażma friska pproċessata u ffiltrata biex minnha jitnaqqsu kemm jista’ jkun ċelloli bojod.

jew

Plażma Ffiltrata u Ffriżata
Plażma pproċessata u ffiltrata biex minnha jitnaqqsu kemm jista’ jkun ċelloli bojod.

C) Pjastrini Miġbura
Ġabra pproċessata ta’ 5 buffy coats li tipproduċi ġabra ta’ pjastrini ffiltrati.

Permezz ta’ proċeduri / donazzjonijiet oħra, bħalma huma l-plateletpheresis, nistgħu nipproduċu prodotti oħra bħal:

Pjastrini Miġbura Mingħand Donatur Wiehed.
Pjastrini estratti direttament mingħand donator wieħed bl-użu ta’ magna t’aferesi. F’dan il-process id-donatur ikollu jibqa’ mqabbad ma’ dan it-tagħmir għal madwar siegħa biex jipproduċi pjastrini ta’ kwalità tajba, li wara jiġu proċessati aktar għal kwalità aħjar.

Dawn il-prodotti jinħażnu f’temperaturi differenti u jibqgħu fi kwalità tajba għal tul ta’ żmien differenti.

Konċentrat iffiltrat ta’ ċelloli ħomor nieqsa mill-leucocytes

Definizzjoni:

Komponent miksub wara t-tneħħija tal-maġġoranza tal-leukocytes minn preparazzjoni taċ-ċelluli ħomor.

Metodi ta’ preparazzjoni:

Jintużaw diversi proċessi għal din il-preparazzjoni. Dawn jinkludu t-tnaqqis tal-buffy coat u l-filtrazzjoni. L-aħjar riżultati huma attwalment miksuba bl-użu ta’ kombinazzjoni bejn dawn iż-żewġ metodi.

Ħażna:

Wara l-ġbir, id-demm jinżamm taħt temperatura kkontrollata ta’ bejn 2oC u 6oC. It-temperatura m’għandhiex taqbeż il-10oC. Id-data ta’ skadenza taħt dawn il-kundizzjonijiet tiddependi fuq l-antikoagulant użat. Eżempju: meta tuża PDA-1, iż-żmien tal-ħażna huwa ta’ 35 jum.

Inkella, demm sħiħ jista’ jinżamm sa 24 siegħa f’temperatura kkontrollata ta’ bejn 20oC u 24oC, qabel ma jiġi pproċessat.

Plażma Friska li Tiġi Ffiltrata

Definizzjoni:

Komponent għat-trasfużjoni ppreparat minn demm sħiħ jew minn plażma miġbura permezz ta’ l-aferesi. Dan jiġi ffriżat f’perjodu ta’ żmien u f’temperatura li żżomm funzjonali l-fatturi labili tal-koagulazzjoni.

Metodi ta’ preparazzjoni:

Il-plażma tiġi sseparata mill-borża tad-demm sħiħ miġbur permezz ta’ ċentrifugazzjoni (preferibbilment fi żmien 6 sigħat u mhux aktar minn 18-il siegħa wara l-ġbir, jekk il-borża tad-demm tkun imkessħa. Wara s-separazzjoni, il-plażma tiġi trasferita ġo borża oħra (integral transfer bag li tkun imqabbda mal-borża tad-demm, u tiġi ffriżata immedjatament.

Metodu ieħor huwa l-ġbir tal-plażma direttament mingħand id-donatur permezz ta’ l-aferesi. F’dan il-proċess id-donatur jiġi mqabbad ma’ magna li tiġbor id-demm sħiħ tiegħu, tissepara l-plażma u taħżinha ġo borża, filwaqt li tirritorna ċ-ċelloli ħomor lura lid-donatur.

Ħażna u Stabbiltà:

L-istabbiltà tiddependi fuq it-temperatura tal-ħażna. It-temperatura ideali tal-ħażna hija ta’ -25oC jew inqas.

Żmien u temperaturi tal-ħażna:

(a) Ħażna ta’ 24 xahar f’temperaturi inqas minn -25oC.

(b) Ħażna ta’ 3 xhur f’temperaturi ta’ -18oC sa-25oC.

Plażma li Tiġi Ffiltrata

Definizzjoni:

Komponent ippreparat mill-plażma bit-tneħħija tal-krijopreċipitat.

Metodi ta’ preparazzjoni:

Plażma ffriżata / plażma mingħajr krijopreċipitat huwa l-prodott sekondarju tal-preparazzjoni ta’ krijopreċipitat minn plażma friska ffriżata.

Ħażna u Stabbiltà:

L-istabbiltà tiddependi fuq it-temperatura tal-ħażna. It-temperatura ideali hija ta’ -25oC jew inqas.

Żmien u temperaturi tal-ħażna:

(a) Ħażna ta’ 24 xahar f’temperaturi inqas minn -25oC.

(b) Ħażna ta’ 3 xhur f’temperaturi ta’ -18oC sa-25oC.

Konċentrat ta’ pjastrini miġbura ffiltrat

Definizzjoni:

Komponent miksub minn demm sħiħ frisk, li fih il-maġġoranza tal-kontenut oriġinali pjastrini f’forma terapewtikament effettiva.

Metodi ta’ preparazzjoni:

1) Preparazzjoni ta’ plażma rikka fil-pjastrini (PRP): fejn unità ta’ demm sħiħ miġbur frisk ta’ mhux aktar minn 24 siegħa, miżmuma f’temperatura ta’ bejn 20oC u 24oC, tiġi ċentrifugata sabiex ammont ottimali ta’ pjastrini jibqgħu fil-plażma filwaqt li l-lewkoċiti u ċ-ċelloli ħomor jiġu mnaqqsa għall-minimu.

2) Preparazzjoni ta’ pjastrini minn plażma rikka bil-pjastrini (PRP): Il-pjastrini fil-PRP jiġu separati permezz ta’ ċentrifugazzjoni. Il-plażma bil-nieqsa mill-pjastrini (PPP) titneħħa u jibqa biss bejn 50-70mls ta’ PPP bil-konċentrazzjoni tal-pjastrini. Dawn jitħallew jisseparaw u mbagħad jerġgħu jiġu miġbura.

3) Preparazzjoni ta’ pjastrini miġbura mill-buffy coat: Demm sħiħ maħżun bejn 20oC sa 24oC għal massimu ta’ 24 siegħa, jiġi ċentrifugat sabiex il-pjastrini jiġu sedimentati fis-saff tal-buffy coat flimkien mal-leucocytes. 4 sa 6 buffycoats ta’ l-istess grupp tad-demm jiġu mlaqqgħa flimkien u pproċessati aktar biex il-pjastrini jiġu sseparati miċ-ċelloli l-ħomor u l-leukocytes, jiġu ffiltrati u sospizi f’soluzzjoni ta’ nutrijent addittiv.

Ħażna u Stabbiltà:

Il-pjastrini jinħażnu f’boroż magħmula minn plastik li jkunu permeabbli għall-arja u li jippermetti d-disponibbilta’ ta’ l-ossiġnu għall-pjastrini. Waqt il-ħażna, il-pH irid jibqa’ bejn 6.8 sa 7.4 u l-pjastrini jiġu mċaqalqa kontinwament f’tagħmir apposta, f’temperatura ta’ bejn +20oC sa +24oC. F’dawn il-parametri, il-pjastrini jistgħu jinħażnu għal ħamest ijiem.

Pjastrini ta’ Donatur Wieħed

Pjastrini ta’ Donator Wieħed Iffiltrati

Definizzjoni:

Komponent miksub permezz ta’ aferesi tal-pjastrini minn donatur wieħed bl-użu ta’ tagħmir awtomatizzat għas-separazzjoni taċ-ċelloli.

Metodi ta’ preparazzjoni:

Pjastrini estratti direttament mingħand donatur bl-użu ta’ tagħmir ta’ aferesi. Dan il-proċess jirrikjedi li d-donatur jiġi mqabbad ma’ din il-magna għal madwar siegħa biex jipproduċi pjastrini ta’ kwalità tajba li mbagħad jiġu pproċessati aktar biex tinkiseb kwalità aħjar.

Ħażna u Stabbiltà:

Il-pjastrini jinħażnu f’boroż magħmula minn plastik li jkunu permeabbli għall-arja u li jippermetti d-disponibbilta’ ta’ l-ossiġnu għall-pjastrini. Waqt il-perjodu tal-ħażna, il-pH irid jibqa’ bejn 6.8 sa 7.4 u l-pjastrini jiġu mċaqalqa kontinwament f’tagħmir apposta, f’temperatura ta’ bejn +20oC sa +24oC. F’dawn il-parametri, il-pjastrini jistgħu jinħażnu għal ħamest ijiem.