“Jekk trid tifhem illum, trid tfittex x’ġara lbieraħ” ~ Pearl Buck.

Il-kurżità u l-ħtieġa huma dejjem l-ingredjenti ewlenin fl-iskoperti kbar. Bis-saħħa tar-riċerka fuq il-funzjonijiet u l-analiżi tal-ġisem uman, il-bniedem kien kapaċi jiskopri tekniki importanti ħafna li għadhom jintużaw sal-lum sabiex jimminimizzaw l-uġigħ u jtawlu l-ħajja. Waħda minn dawn kienet l-iskoperta tal-kompożizzjoni tad-demm u l-importanza tiegħu biex isalva l-ħajja.