S’issa, l-aktar proċedura komuni li ssir fiż-Żona tad-Donazzjoni hija l-ġbir tad-demm sħiħ, minħabba li minnha jistgħu jinkisbu l-aktar prodotti. Id-donatur jiġi milqugħ fiż- żona tar-riċeviment fejn jinħareġ permess għall-parkeġġ. Donaturi ġodda jingħataw kwestjonarju biex jaqraw sabiex jippreparaw ruħhom għall-intervista medika.

Jekk id-donatur ġdid jaħseb li m’hemm xejn fil-kwestjonarju li jipprojbixxih milli jagħti d-demm, huwa jiġi rreġistrat fid-database tal-NBTS. Fiż-żona tar-riċeviment, id-donatur jingħata struzzjonijiet biex jibda jixrob l-ilma.

Wara r-reġistrazzjoni, id-donatur jintiżen, l-emoglobina (il-livell tad-demm) tiġi ċċekkjata u t-temperatura tal-ġisem tiġi rreġistrata.

Imbagħad it-tabib jipproċedi biex jintervista lid-donatur il-ġdid f’kamra privata, fejn l-kwestjonarju jiġi diskuss u sussegwentement it-tabib jipproċedi biex iwettaq eżami mediku qasir. Il-kwestjonarju huwa mbagħad diskuss u spjegat f’aktar dettall. F’dan il-fażi, id-donatur jista’ jiġi differit (mhux permess li jagħti d-demm). Id-demm huwa riżorsa prezzjuża li għaliha hemm domanda kontinwa. Meta donatur potenzjali ma jkunx permess li jagħti donazzjoni, ir-raġuni tkun biex tiġi protetta s-saħħa tad-donatur jew dik tar-riċevitur. Għalhekk, huwa importanti ħafna li d-donaturi jkunu onesti waqt l-intervista u l-eżami mediku. Hemm livell għoli ta’ kunfidenzjalità u privatezza fl-eżami mediku minħabba li l-istorja medika tad-donaturi tista’ tiġi aċċessata biss minn persunal awtorizzat.

Meta l-intervista u t-test mediku jintemmu b’suċċess, id-donatur kif ukoll it-tabib iridu jiffirmaw il-kwestjonarju u mbagħad id-donatur jista’ jipproċedi biex jagħti d-demm. Id-donatur qed jiffirma wkoll l-aċċettazzjoni li d-demm tiegħu/tagħha qed jiġi ċċekkjat għall-grupp tad-demm, Epatite B, Epatite Ċ, HIV, syphilis u anke l-West Nile Virus, jekk hemm riskju ta’ dan ibbażat fuq l-ivvjaġġar tad-donatur. Qabel jiffirmaw, id-donaturi huma nfurmati li fil-każ ta’ riżultat pożittiv għall-iskrinjar, se jiġu differiti b’mod permanenti mill-għoti tad-demm u jingħataw pariri xierqa u riferuti lil speċjalisti skont il-każ.

Qabel ma jidħol fiż-żona tad-donazzjoni, id-donatur jiġi offrut l-ilma. Jekk id-donatur ikun ilu xi sigħat bla ikel, huwa rakkomandat li jieħu xi ħaġa ħafifa, bħal gallettini jew ħobż, qabel ma jagħti d-demm. Dan jipprevjeni effetti mhux mixtieqa bħal sturdament waqt il-proċedura tal-għoti tad-demm.

Id-donatur jipproċedi lejn iż-żona tad-donazzjoni fejn hu/hi jista’ jimtedd komdu fuq sufan u jħoll kwalunkwe ħwejjeġ issikkati, bħal ċinturini. L-infermier jispjega l-proċedura (speċjalment lil donaturi ġodda) u jipproċedi biex iwettaq diżinfezzjoni tal-ġilda fis-sit tal-venepuncture. Id-donazzjoni attwali tieħu bejn 5 sa 10 minuti. Kwalunkwe sensazzjoni stramba għandha tiġi rrappurtata immedjatament lill-infermier. Id-donatur jiġi mmonitorjat ukoll għal xi ġesti abnormali jew xi sinjali ta’ ħass ħażin waqt id-donazzjoni. Meta tintemm il-proċedura, id-donatur huwa mitlub jagħfas bil-mod għal xi minuti fuq is-sit tal-venepuncture.

Donation_Arm

Wara d-donazzjoni, id-donatur jiġi offrut xorb u ikel ħafif. Isir valutazzjoni qasira mill-infermiera biex tikkonferma li d-donatur qed iħossu tajjeb u wara madwar 15-il minuta, id-donatur jista’ jitlaq. Jekk id-donaturi huma nisa, jistgħu jerġgħu jagħtu donazzjoni tad-demm wara 4 xhur, filwaqt li jekk huma rġiel jistgħu jagħtu d-demm wara 3 xhur.

Kif tispiċċa l-proċedura tad-donazzjoni tad-demm

Waqt donazzjoni tad-demm, 475 mL ta’ demm sħiħ jinġabru fil-borża tal-ġbir. Dan jammonta għal madwar wieħed f’tnax mill-volum totali tad-demm f’persuna ta’ 70 kg. Fil-bidu tad-donazzjoni tad-demm jinġabar xi demm fil-borża tal-kampjuni (li hija mwaħħla mal-kit) li minnha jimtlew xi fliexken tal-kampjuni. Dawn il-fliexken tal-kampjuni għandhom jintużaw għall-iskrinjar ta’ markaturi ta’ mard infettiv u għat -testijiet tal-gruppi tad-demm u l-antikorpi.

Blood Bag
Blood_Samples

Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità u traċċabilità, dawn il-kampjuni kollha jingħataw numru tal-barcode, sabiex ladarba l-kampjuni jiġu trasferiti fil-Laboratorji tal-Ipproċessar, il-persunal ma jkunx jista’ jidentifika lid-donatur.

L-ittestjar tad-Demm

Id-donazzjonijiet tad-demm huma kollha ttestjati għall-HIV 1 & 2, Epatite B u Ċ, Syphilis u West Nile Virus. Dawn it-testijiet jitwettqu sabiex jiġi żgurat li l-pazjent jirċievi l-aktar prodott tad-demm sigur possibbli.

Ma’ kull donazzjoni tad-demm isir ukoll test tal-grupp tad-demm għall-gruppi tad-demm ABO u Rhesus. Dan isir biex jiġi żgurat li l-gruppi tad-demm korretti jingħataw lid-donaturi, peress li l-gruppi tad-demm ABO u Rhesus għandhom il-potenzjal li jikkawżaw emolisi severa (tkissir taċ-ċelluli ħomor) fir-riċevitur u/jew mard emolitiku f’tarbija tat-twelid (HDN). Fl-HDN l-omm tipproduċi antikorpi wara li tkun esposta għal antiġen li ma jkollhiex. Dawn l-antikorpi mbagħad jaqsmu l-plaċenta biex ikissru ċ-ċelluli ħomor tat-tarbija.

Xi donazzjonijiet huma wkoll ittestjati għall-antikorpi taċ-ċitomegalovirus (CMV). Dan isir peress li xi pazjenti (iżda mhux kollha) jeħtieġu demm li huwa negattiv għall-antikorpi tal-CMV.

l-ipproċessar tad-Demm biex jinkisbu l-Prodotti tad-Demm

Demm sħiħ iżomm il-proprjetajiet kollha tiegħu għal perjodu limitat ta’ żmien wara li jinġabar. Wara donazzjoni tad-demm sħiħ, id-demm jiġi separat f’komponenti differenti. Demm sħiħ jinġabar fl-ewwel borża f’sistema ta’ 4 boroż. Fil-Laboratorju tal-Ipproċessar, l-boroż l-oħra f’din is-sistema jintużaw waqt is-separazzjoni tad-demm sħiħ fil-komponenti varji.

Ir-ritratti li ġejjin jispjegaw il-proċess tas-separazzjoni tad-demm sħiħ minn donazzjoni u kif jintużaw il-boroż l-oħra.

Donation_Arm

Demm meħud minn donatur.

Blood Bag

Donazzjoni tad-demm sħiħ.

Blood Filtered

Id-demm qed jiġi ffiltrat.

Blood Centrifugation

Id-demm qed jiġi ppreparat għaċ-ċentrifugazzjoni.

Blood After Centrifugation

Is- separazzjoni tad-demm wara ċ-ċentrifugazzjoni.

Full Blood Product

Il-prodotti tad-demm wara s-separazzjoni.

3 Blood Products

It-3 prodotti finali.

Red Blood Product

Iċ-ċelluli ħomor jistgħu jinħażnu fi friġġ bejn 2°C sa 6°C għal 42 jum. Huma użati għas-sostituzzjoni fit-telf tad-demm u għat-trattament tal-anemija.

Plasma Product

Plażma (iffriżata eżatt wara li tinġabar) tista’ tinżamm fil-friża f’temperatura ta’ -25°C jew inqas għal 36 xahar. Tista’ tintuża f’disturbi tal-koagulazzjoni u thrombotic thrombocytopenic purpura (TTP).

Plateletes Product

Il-plejtlits huma maħżuna f’borża tal-plastik speċjali permeabbli għall-gass f’temperatura ta’ 20°C sa 24°C fuq agitator biex tiggarantixxi d-disponibbiltà ta’ ossiġnu għall-plejtlits. Dawn iridu jintużaw fi żmien 5 ijiem, u jintużaw għal pazjenti li ma jistgħux jipproduċu biżżejjed plejtlits, bħal pazjenti bil-lewkimja.