1991

Din is-sena rat it-tlestija u l-kummissjonar ta’ walk-in cold room fiċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm li jinsab f’Guardamangia, sabiex jinħażnu l-komponenti tad-demm miġbura.

1992

Matul din is-sena beda s-Servizz ta’ Trasfużjoni / Donazzjoni tad-Demm fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

1997

Il-Mobile Unit tal-Għoti tad-Demm inxtara mill-Gvern ta’ Malta biex jintuża mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, biex iddur fl-irħula u l-postijiet tax-xogħol ta’ Malta, fejn id-donaturi jistgħu jagħtu d-demm skont il-konvenjenza tagħhom filwaqt li jimminimizzaw il-ħin tal-ivvjaġġar biex jagħtu d-demm. Il-Ministru tas-Saħħa, Kura tal-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia, stqarr fid-diskors tiegħu f’din l-okkażjoni li aktar ma d-donaturi jagħtu d-demm aktar il-Gvern ikun jista’ jespandi s-servizzi tiegħu, peress li jkun hemm bżonn aktar demm jekk se jsiru aktar operazzjonijiet. (L-Orizzont, 3 ta’ Ottubru, 1997).

Il-Mobile Unit tal-Għoti tad-Demm ġie inawgurat f’Diċembru tal-1997. ‘Din l-unità se żżid il-kapaċità u l-flessibbiltà tas-servizz tal-għoti tad-demm’. Matul din is-sena kien hemm 16,842 donazzjonij ta’ demm u prodotti tad-demm li saru fis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm.

1998

It- Tabib A. Aquilina nħatar Direttur tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. Barra minn hekk, fit-28 ta’ Ottubru ġiet introdotta sistema ta’ ġestjoni tad-database tal-Bank tad-Demm.

2002

L-Assoċjazzjoni Maltija tad-Donaturi tad-Demm, b’kollaborazzjoni mal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Organizzazzjonijiet tad-Donaturi tad-Demm (IFBDO), waqqfet konferenza internazzjonali dwar il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Mediterran għall-iżvilupp ta’ donazzjoni tad-demm , li mhux remunerat f’Malta. aqra iktar

Il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm, 2002. ‘L-għoti tad-demm mhuwiex biss ġest nobbli, iżda xi ħaġa assolutament meħtieġa għal persuni b’problemi serji tad-demm. Għal dawk li għandhom bżonn jiġu trasfużi, il-ħajja sempliċement tiddependi mill-ġenerożità tad-donaturi tad-demm.’

Dawn il-kunċetti ġew imtennija b’mod effettiv f’diskors li għamel il-President ta’ Malta Profs. Guido de Marco f’ċerimonja li saret fiċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm, qrib l-Isptar San Luqa, fit-23 ta’ Mejju. Huwa kien akkumpanjat mill-Ministru tas-Saħħa Dr Louis Deguara u x-‘shadow minister’ Dr Michael Farrugia, kif ukoll rappreżentanti tat-trade unions lokali. aqra iktar

Matul din is-sena, il-bank tad-demm tal-Ordni Militari Sovran ta’ Malta tmexxa lejn l-Isptar San Filippu, Santa Venera.

2003

L-Ordni Militari Sovran ta’ Malta qed tikkunsidra l-futur tal-bank tad-demm tagħha hekk kif id-donazzjonijiet tad-demm f’dan il-bank naqsu tant li l-Ordni qed tikkunsidra li tagħlaq il-bank tad-demm tagħha.

Fil-fatt, iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, li l-Ordni Militari Sovran ta’ Malta tat id-demm kollu li ġabar, ra tnaqqis ta’ ‘l fuq minn 650 donazzjoni mis-sena li għaddiet. Madankollu, kien hemm żieda ta’ 20 fil-mija fid-donazzjonijiet lill-mobile unit tad-demm taċ-ċentru, (Times of Malta.com, 7 ta’ Awwissu 2003).

2004

Times of Malta 2003

L-Ordni Militari Sovran ta’ Malta kompliet tagħmel l-almu tagħha biex tipprova tattira donaturi tad-demm hekk kif dawn kienu qed jonqsu b’mod konsistenti matul dawn l-aħħar tliet snin. Fl-2001, il-bank tad-demm irċieva demm minn 2,014-il donatur iżda din iċ-ċifra naqset ftit għal 1,921 fl-2002 u kompliet tinżel għal 1,380 donatur is-sena ta’ wara, (Times of Malta.com, 26 ta’ Frar 2004).

2005

Fl-14 ta’ Ġunju 2005, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Donaturi tad-Demm fakkret il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm. F’dan l-okkażjoni l-President ta’ Malta It-Tabib Edward Fenech Adami żar il-Blood Mobile Unit, filwaqt li l-Prim Ministru it-Tabib Lawrence Gonzi u l-kap tal-oppożizzjoni it-Tabib Alfred Sant żaru s-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. L- Arċisqof Mons. Joseph Mercieca żar il-bank tal-Ordni Militari Sovran ta’ Malta, (In-Nazzjon, 15 ta’ Ġunju,2005).

2006

It-Tabib Stefan Laspina inħatar Konsulent inkarigat mill-Mediċina tat-Trasfużjoni. Għalhekk, is-servizz tat-trasfużjoni nqasam fi tnejn: l-Istabbiliment tad-Demm li huwa responsabbli għar-reklutaġġ tad-donaturi, il-ġbir, l-ipproċessar, l-ittestjar u t-tqassim tad-demm; u l-Bank tad-Demm tal-Isptar li jifforma parti mid-dipartiment tal-patoloġija li huwa responsabbli għat-tqabbil attwali tad-demm mal-pazjenti u l-kwistjonijiet kliniċi.

Matul din is-sena, id-dipartiment tas-Servizz tat-Trasfużjoni tad-Demm ipparteċipa fi proġett tal-UE (EU-Q-SOP) bil-għan li jitjiebu u jiġu standardizzati s-servizzi tat-trasfużjoni fl-Ewropa. Din is-sena rat ukoll l-introduzzjoni tal-Att dwar id-Demm Uman u t-Trapjant, biex jirregola l-ġbir u l-ittestjar tad-demm uman u l-komponenti tad-demm. Malta ġiet aċċettata bħala membru tal-Alleanza Ewropea tad-Demm.

Il-bank tad-demm tal-Ordni Militari Sovran ta’ Malta għalqet il-bibien tagħha. Dan il-Bank tad-Demm kien twaqqaf fl-1968 u oriġinarjament kien immexxi mill-Kapitlu tal-Katidral Metropolitan tal-Ordni Militari Sovran ta’ Malta. Fl-1973, għaddiet f’idejn il-Gran Maġistrali tal-Ordni Militari Sovran ta’ Malta bil-kwartieri ġenerali tagħha f’Ruma. F’Novembru 2000, it-tmexxija tagħha għaddiet għand l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ordni Militari Sovran ta’ Malta.

2007

Ftuħ uffiċjali taż-żona l-ġdida tad-donazzjoni fl-14 ta’ Mejju, ‘…Id-donatur tad-demm huwa dak il-persuna b’saħħitha li volontarjament tgħaddi mill-inkonvenjent li tqatta’ ħin, kultant sigħat u li tagħti parti minnha nnifisha, demm, biex issalva l-ħajja ta’ ħaddieħor. Dawn in-nies jistħoqqilhom il-gratitudni tas-soċjetà tagħna, jixirqilhom l-aħjar. Dan huwa mod kif nuru l-gratitudni tagħna għall-ħajjiet li għenu biex isalvaw…’ hekk stqarr id-Direttur u Persuna Responsabbli tad-dipartiment it-Tabib A. Aquilina fid-diskors tiegħu f’dan l-okkażjoni.

New Donation Area

Korsijiet għall-gradwati fil-mediċina tat-trasfużjoni tnedew din is-sena fl-Università ta’ Malta. Il-Bank tad-Demm tal-Isptar mar ukoll fiċ-ċentru l-ġdid fl-Isptar Mater Dei li kien għadu kif infetaħ.

2008

Għall-ewwel darba twettqet verifika esterna biex tiġi vvalutata l-konformità tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm mal-leġiżlazzjoni u l-istandards tal-Bank Ewropew tad-Demm. Id-dipartiment qed jipparteċipa f’ żewġ proġetti; waħda relatata mal-Ġestjoni tad-Donaturi – L-Aħjar Prattika u l-oħra dwar l-Ispezzjonijiet u l-Produzzjoni ta’ Manwal ta’ Taħriġ għall-Ispezzjonijiet (EUBIS). Minbarra dawn, id-dipartiment huwa wkoll parteċipant attiv fl-Alleanza Ewropea tad-Demm.

2009

Inawgurazzjoni tal-mobile unit tad-demm wara restawr estensiv.

Refurbished Blood Mobile Unit

‘Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, it-Tabib Joe Cassar qal li s-sena li għaddiet madwar 15,000 persuna taw id-demm – żieda ta’ aktar minn 1,660 mill-2007. Għalkemm il-Mobile Unit ma kienx għadu funzjonali, is-sena li għaddiet ġew organizzati 206 blood drives (fi kliniki, fabbriki eċċ.) li fihom inġabru 3,124 unit ta’ demm – żieda ta’ 685unit mill-2007. It-Tabib Cassar qal li l-mobile unit il-ġdid huwa lest biex jżur l-ibliet u l-irħula biex ikompli jiġbor id-demm biex isalva l-ħajjiet tan-nies.

It-Tabib Alex Aquilina, Direttur Mediku fis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, irringrazzja lill-pubbliku għar-rispons immedjat tiegħu għall-appell urġenti għad-demm mill-bank tad-demm. Il-ġimgħa li għaddiet, il-bank tad-demm ħareġ stqarrija fejn qal li l-provvista tiegħu kienet baxxa ħafna u sejjaħ lin-nies biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom. It-Tabib Aquilina qal li r-rispons kien pożittiv ħafna’ (Times of Malta.com, 27 ta’ Jannar, 2009).

2009

Bħala riżultat tas-suċċess tal-verifika esterna, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ingħata uffiċjalment il-liċenzja biex jopera skont ir-regolamenti tal-UE.

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm tas-sena msemmija, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm iddisinja mill-ġdid il-websajt kollha biex iġibha konformi ma’ teknoloġiji ġodda u tagħmilha aktar attraenti għall-pubbliku ġenerali.

Minħabba żviluppi kliniċi ġodda, donaturi li għandhom bejn is-60 u t-62 sena u li huma b’saħħithom huma eliġibbli biex jagħtu d-demm għall-ewwel darba u jistgħu jkomplu jagħtu d-demm sa ma jagħlqu l-64 sena mingħajr ma jaqbżu s-6 xhur bejn id-donazzjonijiet. Id-donaturi għad iridu jiġu intervistati minn uffiċjal mediku li jiddeċiedi l-adegwatezza tad-donatur skond il-każ individwali.

2010

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm nieda fuljett ġdid bit-titlu “Titħajjar Tagħti d-Demm ?”, bil-għan li d-donaturi potenzjali jiġu infurmati dwar il-proċess tal-għoti tad-demm.

It-Tabib A. Aquilina bil-flyer ta’ informazzjoni l-ġdid dwar l-għoti tad-demm.

Launching of New Leaflet

Il-Maltin għandhom it-tieni l-ogħla rieda li jagħtu d-demm fost l-Ewropej. Dan ħareġ fi stħarriġ ippubblikat matul din is-sena, qabel il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm. L-ogħla livelli ta’ rieda li tagħti donazzjonijiet jinsabu fl-Isvezja (83%), Malta bit-tieni l-ogħla rieda (77%) u kemm il-Finlandja kif ukoll il-Belġju huma t-tielet b’72%. Aqra iktar

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm 2010, saret laqgħa fil-bini tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm għal dawk kollha li jgħinu fil-ġbir tad-demm billi jorganizzaw blood drives.

F’Awwissu, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Donaturi tad-Demm b’kollaborazzjoni mal-Forum Internazzjonali taż-Żgħażagħ (IYC), il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Organizzazzjonijiet tad-Donaturi tad-Demm (FIODS) organizzat l-10th Forum taż-Żgħażagħ.

F’Settembru 2010 saret ukoll laqgħa tal-bord f’Malta tal-Alleanza Ewropea tad-Demm.