Il-Ministeru għas-Saħħa, bħala parti mill-għan tiegħu li jtejjeb is-servizz fis-settur tas-saħħa kif wkoll li jikkontribwixxi għar-riċerka u l-innovazzjoni f’Malta, imbarka fuq il-proġett li ġej:

Twaqqif taċ-Ċentru tad-Demm, Tessuti u Ċelloli Għal Malta

Dan il-proġett huwa ffinanzjat mill-faċilità ta’ Rkupru u Reżiljenza tal-Unjoni Ewropea.

Sabiex jiġi żgurat is-suċċess ta’ dan il-proġett, saret reviżjoni legali ta’ d-diversi liġijiet li jistgħu jkollhom impatt dirett jew indirett fuq l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett, bil-għan li jitneħħa kwalunkwe ostaklu li jista’ jxekkel is-suċċess tal-implimentazzjoni u l-operat taċ-ċentru l-ġdid. Ir-reviżjoni kienet maqsuma f’2 fażijiet kif jidher hawn taħt:

Fażi 1

Twettaq proċess ta’ konsultazzjoni biex jiġi stabbilit liema leġiżlazzjoni, kemm jekk nazzjonali jew le, jista’ jkollha impatt fuq l-iżvilupp għat-Twaqqif ta’ Ċentru tad-Demm, Tessuti u Ċelloli.

Fażi 2

Sar eżerċizzju biex jiġi ddeterminat jekk il-politika, il-prattiċi, il-proċeduri u l-operazzjonijiet adottati mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm humiex konformi mal-leġiżlazzjonijiet identifikati fir-rapport tal-fażi 1.

Dawn li ġejjin huma uħud fost l-oqsma, li ġew riveduti bħala parti minn dan l-eżerċizzju:

  1. Leġiżlazzjoni tad-Demm u tat-Tessuti
  2. Ugwaljanza u Aċċessibilità
  3. Protezzjoni tad-Data u Libertà tal-Informazzjoni
  4. Etika u Drittijiet tal-Pazjent
  5. Ambjent
  6. Għajnuna mill-Istat
  7. Reviżjoni Legali relatata mal-Liġi tal-Kompetizzjoni

Iż-żewġ rapporti jistgħu jiġu aċċessati permezz ta’ dawn il-links:-
Fażi 1 u Fażi 2.

EU Funds