Il-Quality Label hija il-marka ta’ kwalità li jikseb kull dipartiment jew entita’ fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika, meta l-kwalità tas- servizz li jagħti lill-klijenti tilħaq il-livell ta’ servizz kif definit permezz tal-4 Pilastri tas-Servizz ta’ Kwalità (vuċi li tipprovdi smigħ lill-klijent u l-aspettattivi tiegħu, disinn li jitfassal fuq livelli taˈ kwalità fil-kuntest ta’ dawn l-aspettattivi, pakkett ibbażat fuq l-għotja ta’ servizz ta’ eċċellenza u kontabilità fejn kull min jagħti servizz jidħol responsabbli għas-sodisfazzjon tal-klijent), l-5 Kriterji ta’ Servizz ta’ Kwalità kif definiti mill-mudell ta’ kwalità SERVQUAL (Affidabilità, Empatija, Assigurazjoni, Reazzjoni u Aspetti Tanġibbli), Direttiva 4-2 u kull direttiva jew politika li tistabbilixxi livelli ġodda ta’ servizz ta’ kwalità fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika.
Fis-sena 2023, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm gie premjat bil-premju prestiġuż tal-Quality Award, wara li żamm kwalità għolja fis-servizzi offruti u wera impenn konsistenti, minn mindu ingħata il-Quality Label fl-2020. Dan ġie rifless f’riżultati pożittivi fil-Mystery Shopper u monitoraġġ ieħor matul dawn l-aħħar snin.
Iċ-Charter ta’ Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jista’ jitniżżel bil-verżjoni Ingliża minn hawn u bil-verżjoni Maltija minn hawn.
Bil-kisba tal-Quality Label, Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm huwa kommess li jwettaq monitoraġġ kontinwu tal-livelli miksuba bil-għan taż-żamma tal-Quality Label.
Aktar informazzjoni dwar il-Quality Label tista’ tiġi aċċessata minn hawn.