Il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm jiġi ċċelebrat fl-14 ta’ Ġunju ta’ kull sena. Dan il-jum iservi biex titqajjem kuxjenza dwar il-ħtieġa għad-demm u l-prodotti siguri tiegħu, filwaqt li jiġu rringrazzjati d-donaturi volontarji li m’humiex imħallsa għar-rigali tad-demm tagħhom li bihom isalvaw tant ħajjiet. Kull sena jintgħażel slogan/tema, li jiffoka fuq il-valur tal-għoti tad-demm lill-pazjent, mhux biss biex issalva l-ħajja iżda wkoll biex tgħin lill-pazjenti fil-bżonn jgħixu ħajja itwal u ħajja sana.
L-islogan ta’ din is-sena “L-għoti tad-demm huwa att ta’ solidarjetà” jenfasizza l-kontribut li jagħtu d-donaturi tad-demm biex id-dinja tibqa’ tħabbat bhall-polz billi jsalvaw il-ħajjiet. Ingħaqad f’dan l-isforz u salva l-ħajja!
Il-kommemorazzjoni tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm 2022 f’Malta saret billi għadd ta’ strutturi, bini u monumenti gew mixgħula bi dwal ħomor. It-tliet Palazzi Presidenzjali nxtegħlu wkoll għall-okkażjoni. Il-ħsieb li dawn il-binjiet jinxtegħlu bl-aħmar kien:
Biex pubblikament nirringrazzjaw u nuru apprezzament lill-eluf ta’ donaturi li jagħtu d-demm fuq bażi volontarja u mhux remunerata. Bis-saħħa tagħhom, is-Servizzi Nazzjonali tas-Saħħa f’Malta u Għawdex komplew bla waqfien, anke waqt il-pandemija. Li ma kienux huma, il-pazjenti kienu jbagħtu jew saħansitra jitilfu ħajjithom;
Li tħeġġeġ lid-donaturi eżistenti biex ikomplu jagħtu d-demm fuq bażi regolari;
Biex noħolqu aktar għarfien dwar il-ħtieġa kostanti għad-donazzjonijiet tad-demm u nħeġġu nies b'saħħithom, partikolarment liż-żgħażagħ, biex jibdew jagħtu d-demm.
L-għoti tad-Demm huwa att ta’ solidarjetà.
L-Isqof Awżiljarju ta’ Malta Monsinjur Joseph Curmi żar iċ-ċentru tal-għoti tad-demm għall-okkażjoni tal-WBDD 2022.
Wara assenza ta’ sentejn, id-WBDD ġiet iċċelebrata fill-Palazz Verdala fil-Buskett, fejn l-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta Dr George Vella ppremja 25 donatur tad-demm.
Ibqa’ sintonizzat għal #JumDinjiTad-DonaturiTad-Demm fl-14 ta’ Ġunju 2022! | Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm – Malta.
Aktar informazzjoni dwar dan il-jum jista’ jinkiseb mill-websajt tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.