Għal dawn l-aħħar 14-il sena d-dinja ċċelebrat jum importanti ħafna ddedikat lid-donaturi tad-demm kollha. Mill-2004 ‘l hawn numru konsiderevoli ta’ pajjiżi bdew ifakkru dan il-jum. It-tema magħżula għal din is-sena kienet ‘Tistennewx sakemm jolqot xi diżastru. Agħti d-Demm. Agħti Issa. Agħti ta’ Spiss.’
Ambitu ieħor irrappreżentat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) biex tfakkar dan il-jum huwa li tiġi rikonoxxuta l-ġenerożità ta’ dawn in-nies li matul is-snin dejjem offrew ftit mill-ħin tagħhom biex jagħtu l-aktar rigal prezzjuż li wieħed jista’ jagħti, id-demm tagħhom stess.
F’Malta dan ġie rikonoxxut ukoll mill-Eċċellenza Tagħha Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca fejn ippreżentat premju ta’ rikonoxximent lil 14-il Donatur tad-Demm li ilhom jagħtu d-demm u jsalvaw il-ħajja għal ħafna snin. Dawn kienu:
- Is-Sur Ivan Brincat
- Is-Sinjura Marvie Bondin
- Sur Frans Lia
- Is-Sinjura Maria Annunziata Buttigieg
- Is-Sur Ernest Frendo
- Is-Sinjura Carmen Filletti
- Is-Sur Anthony Muscat
- Is-Sinjura Antoinette Mifsud
- Is-Sur Carmelo Gauci
- Is-Sinjura Mary Josephine Sapiano
- Is-Sur Carmelo Galea
- Is-Sinjura Maria Concetta Sciberras
- Is-Sur Antoine Muscat
- Is-Sur Raymond Busuttil
Waqt iċ-ċerimonja, Charmaine Vella li għandha 27 sena u li rċeviet ammont sostanzjali ta’ demm wara inċident tat-traffiku, qalet li kieku ma kienx għall-ġenerożità tad-donaturi tad-demm, ma kinitx tkun fostna llum. Aqra iktar
Din iċ-ċerimonja ġiet organizzata mid-Dipartiment Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta.