FAQs
Iva, tista’ tagħti d-demm 48 siegħa wara l-proċedura jekk din tkun saret minn tabib reġistrat mal-Kunsill Mediku ta’ Malta. Jekk il-proċedura ma tkunx saret minn tabib reġistrat, trid tistenna 4 xhur qabel ma tipprova tagħti d-demm.
Tista’ tagħti d-demm 4 xhur wara li tagħmel cupping jew acupuncture.
Jekk irċivejt il-vaċċin kontra l-COVID-19 trid tħalli jumejn mit-tilqim qabel ma tagħti d-demm. Jekk tiżviluppa sintomi ħfief wara t-tilqima, jekk jogħġbok erġa’ lura għall- għoti tad- demm sebat ijiem wara l- waqfien tas- sintomi.
Wara l-għoti tad-demm, għandhom jgħaddu wkoll sebat ijiem qabel ma jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19.
Fil-prinċipju, mhux aktar minn 15% tal-volum totali tad-demm (TBV) ta’ individwu għandu jinġabar. TBV jiddependi fuq il-piż, it-tul u s-sess.
Fil-bidu tad-donazzjoni, jinġabru 30ml fid-diversion pouch. Din il-borża sservi biex tnaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni tad-demm miġbur minn mikro-organiżmi tal-ġilda. Sussegwentement, madwar 475 mL ta’ demm jinġabru waqt donazzjoni tad-demm. Volum ftit inqas (450mL) jinġabar minn donaturi b’TBV baxx sabiex ma jaqbiżx il-15% tal- volum totali tad-demm miġbur.
Ġismek se jissostitwixxi l-parti likwida tad-donazzjoni fi żmien 24 siegħa meta jittieħed ammont ta’ fluwidu adegwat. Iċ-ċelluli ħomor jeħtieġu ftit ġimgħat għal sostituzzjoni sħiħa. Id-donaturi huma avżati biex jieklu ilel bnin u biex ikollhom dieta bilanċjata li hija rikka fil-ħadid biex jerġgħu jimlew il-ħażniet tal-ħadid.
Id-donaturi għandhom jevitaw attività fiżika qawwija fil-ġurnata tad-donazzjoni. Id-donaturi huma wkoll avżati biex jevitaw l-irfigħ tal-piż u l-iscuba diving għal 3 ijiem.
Biex wieħed jagħti d-demm irid ikollu 18-il sena. Donaturi ġodda li għandhom aktar minn 65 sena mhumiex aċċettati. Madankollu, donaturi regolari jitħallew jagħtu d-demm sa għeluq is-70 sena, jekk wieħed ikun ta d-demm mill-inqas darba matul is-sena ta’ qabel.
Żgħażagħ ta’ 17-il sena jitħallew jagħtu donazzjoni tad-demm bil-kunsens bil-miktub tal-ġenituri/ kustodji. L-ebda formola ta’ kunsens oħra ħlief il-Formola uffiċjali ta’ Kunsens tal-NBTS ma hija aċċettata.
Il-piż minimu meħtieġ huwa 50kg.
Fil-każ ta’ donaturi nisa li jiżnu bejn 50kg u 65kg, il-piż minimu meħtieġ jiġi kkalkulat skont it-tul tad-donatur, biex jiġi żgurat li jkun hemm volum totali suffiċjenti tad-demm.
Le. Ma tistax tieħu l-HIV jew xi marda oħra billi tagħti d-demm. Il-materjali użati għad-donazzjoni tiegħek huma ġodda, sterili u li jintremew u huma għal użu ta’ darba biss.
Persuni li qed jirċievu medikazzjoni orali biex jikkontrollaw pressjoni tad-demm għolja huma avżati biex jikkuntattjaw lill-NBTS fuq 7930 7307 jew freephone 8007 4313 biex jiddiskutu l-kwistjoni mal-Uffiċjali Mediċi tagħna, li mbagħad jiddeċiedu dwar l-eliġibilità tad-donatur. Xi nies li jieħdu medikazzjoni tal-pressjoni tad-demm jistgħu jkunu eliġibbli għal donazzjoni; madankollu, dawn il-każijiet jiġu evalwati fuq bażi individwali meta d-donatur iżur ċentru tad-donazzjoni. Il–pressjoni ta’ dik il-ġurnata jeħtieġ ukoll li jkun f’ċertu firxa.
Persuni b’livelli għoljin ta’ kolesterol, kemm jekk huma ikkontrollati b’dieta jew b’medikazzjoni, jitħallew jagħtu d-demm.
Donaturi li qed jiġu kkurati bil-bisphosphonates huma eliġibbli biex jagħtu d-demm. Wieħed għandu jikkonsulta mal-Uffiċjali Mediċi tagħna qabel l-għoti tad-demm u jiddikjara t-tip eżatt ta’ medikazzjoni, il-forma u d-doża tat-trattament.
L-ażżmatiċi li mhumiex fuq xi kura jistgħu jagħtu d-demm. Jekk id-donatur ikun fuq kura, hu/hija avżata biex tikkuntattja liċ-Ċentru biex tiddiskuti t-trattament mal-Uffiċjal Mediku, peress li d-donazzjoni tiddependi fuq jekk l-ażżma hijiex ‘ikkontrollata’ jew le, kif ukoll fuq it-trattament li jkun qed jittieħed.
Jekk l-Hb tad-donatur fil-jum tad-donazzjoni jkun adegwat għad-donazzjoni (≥12.5 g/dL għan-nisa u ≥13.5 g/dL għall-irġiel), id-donatur jista’ jagħti donazzjoni tad-demm. Barra minn hekk, id-donatur m’għandux ikun għadda minn gastroskopija matul l-erba’ xhur preċedenti.
B’mod ġenerali, id-donaturi huma mħeġġa jipprovdu riċetti /ittra ta’ ħruġ mill- isptar meta jattendu Ċentri ta’ Donazzjoni tad-Demm.
Sebat ijiem wara t-trattament tal-kanal ta’ l-għeruq, il- capping tas-snien (crown jew veneer), jew meta jitneħħa sinna. Għal proċeduri dentali oħra, ikun aħjar li tikkuntattja lill-uffiċjali mediċi tagħna u tiddiskuti magħhom.
Għal raġunijiet ta’ traċċabilità u minħabba kwistjonijiet loġistiċi, naċċettaw biss donaturi b’dokument validu ta’ identifikazzjoni Malti li jinkludi numru tal-Karta tal-Identità Maltija (dokumenti aċċettati huma karta tal-identità Maltija, Passaport Malti, Liċenzja tas-Sewqan Maltija, Karta ta’ Residenza elettronika għall-barranin jew Karta Diplomatika f’każi ta’ Diplomatiċi). Għalhekk, residenti li mhux oriġinarjament ċittadini Maltin b’karta tal-identità Maltija, jitħallew jagħtu d-donazzjoni tagħhom, dejjem ibbażat fuq il-proċess tal-għażla tad-donaturi.
Iva. Mis-17 ta’ Awwissu 2026, li persuna tkun għexet qabel fir-Renju Unit bejn l-1980 u l-1996 m’għadux jikkostitwixxi raġuni għal differiment permanenti mid-donazzjoni tad-demm f’Malta. Id-differiment preċedenti kien ġie introdott bħala miżura ta’ prekawzjoni b’reazzjoni għar-riskju tal-varjant tal-marda Creutzfeldt-Jakob (vCJD), assoċjat mal-esponiment għall-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE), magħrufa komunement bħala l-“Mad Cow Disease”.
Wara reviżjoni tal-evidenza disponibbli u tal-linji gwida internazzjonali attwali, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm (NBTS) aġġorna l-kriterji tiegħu għall-għażla tad-donaturi. Għalhekk, persuni li għexu fir-Renju Unit, inklużi dawk li għexu hemmhekk għal perjodu kumulattiv ta’ 6 xhur jew aktar bejn l-1980 u l-1996, issa jistgħu jkunu eliġibbli biex jagħtu d-demm f’Malta. Bħal fil-każ tad-donaturi kollha, il-persuni xorta għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra applikabbli għall-eliġibbiltà tad-donaturi u jiġu evalwati skont il-kriterji attwali tal-NBTS għall-għażla tad-donaturi.
Id-donaturi huma mitluba jagħmlu kuntatt mal-NBTS immedjatament jekk iħossuhom ma jifilħux matul l-ewwel 5 ijiem wara d-donazzjoni peress li dan jista’ jaffettwa x’jiġri mid-donazzjoni tagħhom. Wieħed jista’ jċemplilna l-ġimgħa kollha mit-8.00 a.m. sas-6.00 p.m. fuq in-numru tat-telefon 2206 6201. Tista; wkoll tibgħat SMS fuq 7930 7307 jew tibgħatilna e-mail fuq [email protected] f’kull ħin.
Le. Bħalissa, m’hemm l-ebda ħlas lill-isptarijiet privati għal dan is-servizz. Madankollu, huwa stmat li biex tipproċessa, teżamina u tagħmel id-demm disponibbli għall-pazjenti tiswa lis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm madwar €150 għal kull unità ta’ ċelluli ħomor.
Dan mhux minnu. Bħalissa, m’hemm l-ebda ħlasijiet għal sptarijiet privati għas-servizz tagħna. Id-demm jingħata lil pazjenti li għalihom huwa indikat, irrispettivament minn jekk il-pazjent huwiex fi sptar tal-istat jew privat. M’hemm l-ebda preferenza. F’okkażjonijiet meta jkun hemm nuqqas ta’ demm, id-demm jingħata lill-pazjenti l-aktar fil-bżonn. F’okkażjonijiet rari, operazzjonijiet mhux urġenti (elettivi) jistgħu jiġu posposti.