FAQs

Il-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà għad-donatur u l-persunal qed jiġu osservati. Dawn jinkludu t-teħid tat-temperatura fil-punt tad-dħul, l-użu ta’ sanitisers tal-idejn, l-użu ta’ maskri/visors u d-distanza soċjali. Għal aktar mistoqsijiet dwar l-għoti tad-demm waqt il-Covid-19, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.

COVID-19 għadu ma joħloq l-ebda riskju magħruf għall-individwi minħabba l-proċess ta’ donazzjoni tad-demm jew minħabba t-trasfużjonijiet tad-demm. M’hemm l-ebda każ irrappurtat ta trażmissjoni ta dan il-virus permezz ta trasfużjoni tad-demm. L-ebda każ ta’ trażmissjoni minn trasfużjoni tad-demm ma kien irrappurtat għaż-żewġ koronavirus l-oħra li affettwaw lill-popolazzjoni matul l-aħħar għoxrin sena (SARS u MERS-CoV).

Id-donazzjoni tad-demm ma jħallix impatt jew jikkawża d-dgħjufija tas-sistema immunitarja tad-donatur.

Le. Id-donazzjonijiet tad-demm MHUX ittestjati għall-koronavirus.

Jekk ma tħossokx tajjeb, jekk jogħġbok tattendix sessjoni ta’ donazzjoni tad-demm.

Le, dawk li qed jistennew biex jiġu ttestjati, jew qed jistennew riżultat tat-test tal-Coronavirus ma jistgħux jagħtu d-demm.

Donaturi bl-ebda riżultat pożittiv preċedenti tal-iswab test iżda li qed jistennew riżultati tat-test (minħabba eż. testijiet ta’ rutina/l-ittraċċar tal-kuntatti) mhumiex permessi jagħtu donazzjoni. Jekk it-test ikun negattiv, id-donatur jista’ jagħti donazzjoni.

Jekk għext jew kont f’kuntatt mill-qrib ma individwu b’dijanjosi pożittiva jew li hu suspettat li għandu infezzjoni tal-COVID-19, m’għandekx tagħti donazzjoni. Madankollu, sakemm il-professjonisti tas-saħħa jkunu asintomatiċi, ix-xogħol tagħhom ma jaffettwax l-eliġibilità għad-donazzjoni ta’ dawk li jgħixu magħhom.

Donaturi li jaħdmu fil-kura tas-saħħa huma permessi jagħtu donazzjoni tad-demm, sakemm ma jkunux ġew f’kuntatt ma’ pazjenti pożittivi għall-COVID-19. Il-persunal li jaħdem fil-laboratorji, inklużi dawk li jagħmlu t-testijiet tal-COVID-19, huma permessi jagħtu donazzjoni tad-demm.

Definizzjoni ta’ kuntatt:​​

  • Jekk kellek konversazzjoni wiċċ imb wiċċ (b’distanza ta’ inqas minn metru) għal aktar minn siegħa b’maskra li ntlibset kemm mill-każ pożittiv kif ukoll mill-kuntatt
  • Jekk qattajt siegħa jew aktar f’distanza ta’ inqas minn 2 metri fl-istess kamra/uffiċċju/sala/spazju magħluq ma każ pożittiv MINGĦAJR ma ntlibset il-maskra kemm mill-każ pożittiv kif ukoll mill-kuntatt
  • Jekk għamilt 6 sigħat jew aktar f’distanza bejn 2-5 metri fl-istess kamra/uffiċċju/sala/spazju magħluq ma każ pożittiv b’maskra li ntlibset kemm mill-każ pożittiv kif ukoll mill-kuntatt

Huwa importanti li dejjem inżommu provvista suffiċjenti tad-demm għall-pazjenti fil-bżonn. Għalkemm xi kirurġiji elettivi qed jiġu posposti, hemm ħafna pazjenti (. wara l-kimoterapija, jew wara trawma) li jiddependu fuq trasfużjonijiet kuljum.

Le. Irridu nillimitaw in-numru ta nies li jidħlu fiċ-ċentru tad-donazzjonijiet, għalhekk qed nitolbu lid-donaturi biex jattendu għas-sessjonijiet ta donazzjoni mhux akkumpanjati.

Le. L-oti tad-demm kollu għandu jkun f’ konformità mal-linji gwida tas-soltu tal-għażla tad-donatur, li huma fis-seħħ biex jiżguraw is-sigurtà tad-donatur u d-demm li qed jingħata. Tkun xi tkun is-sitwazzjoni, irridu nżommu s-sigurtà u l-integrità tal-provvista tad-demm.​​

Iva, dawk li rkupraw kompletament mill-COVID-19 jitħallew jagħtu d-demm 28 jum wara r-riżoluzzjoni tas-sintomi. F’każ ta infezzjoni mingħajr sintomi, għandhom jgħaddu 28 jum mid-data tal-aħħar test pożittiv.

Int tkun tistatagħti d-demm hekk kif is-Saħħa Pubblika tidderieġik biex toħroġ mill-kwarantina.

Jekk irċivejt il-vaċċin kontra l-COVID-19 trid tħalli jumejn mit-tilqim qabel ma tagħti d-demm. Jekk tiżviluppa sintomi ħfief wara t-tilqima, jekk jogħġbok erġa’ lura għall- għoti tad- demm sebat ijiem wara l- waqfien tas- sintomi.

Wara l-għoti tad-demm, għandhom jgħaddu wkoll sebat ijiem qabel ma jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19.