Service Type: Servizzi2

Viġilanza tat-Tessuti

Jekk ikun hemm suspett jew evidenza ta’ reazzjoni avversa serja jew effett fir-riċevitur possibbilment relatat mas-sigurtà u l-kwalità tat-tessut trapjantat, it-tabib għandu jikkuntattja immedjatament lill-NBTS billi jimla l-formula “Rapport ta’ okkorrenza jew reazzjoni gravi avversa fuq Tessuti għall-Faċilità tal-Kura tas-Saħħa” u jissottomettiha lill-NBTS fuq l-imejl [email protected].

Taħditiet u Sessjonijiet Informattivi

Meta mitluba, il-membri tal-istaff tagħna joffru taħdidiet u sessjonijiet informattivi dwar l-għoti tad-demm u l-proċess tiegħu fl- iskejjel, organizzazzjonijiet, programmi televiżivi u tar-radju.

Għal aktar informazzjoni jew appuntament wieħed jista’ jċemplilna fuq 2206 6201;

Telefon b’xejn: 8007 4313 jew 7930 7307 jew jibgħatilna emajl fuq [email protected]

Kwestjonarju Mediku

Għandu jiġi diskuss mat-tabib qabel id-donazzjoni.

Formola ta’ Kunsens Taħt l-Eta`

Għandha tiġi stampata, iffirmata mill-gwardjan u ppreżentata minn donatur ta’ 17-il sena. Id-donatur irid jippreżenta fotokopja ta’ quddiem u ta’ wara tal-I.D Card tal-kustodju. Din il-fotokopja trid tiġi approvata mill-gwardjan u tinżamm flimkien mal-formola ffirmata tal-kunsens taħt l-età mill-NBTS.