Bloody Late

15 ta’ Ġunju 2018 Fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora, fil-Kalkara

(mis-6.00 sal-10.00 ta’ filgħaxija)

Wirja

Il-Proċess tal-Għoti tad-Demm

Ingħaqad magħna fil-wirja biex issir taf kollox dwar id-donazzjoni tad-demm u fejn tista’ tistaqsi kwalunkwe mistoqsija li jista’ jkollok.

Workshop 1: Mid-Donazzjoni għall-Pazjent

Qatt ħsibt x’jiġri mid-demm mogħti? Id-demm imur għand pazjent li għandu bżonnu! Jidher sempliċi, iżda hemm proċess twil qabel ma jasal għand il-pazjent. Ingħaqad magħna biex issir taf kollox dwar dan il-proċess.

Workshop 2: Is-sistema ċirkolatorja tad-demm

X’inhi din is-sistema? Tixtieq tkun taf fiex jikkonsisti d-demm? Għandu komponenti differenti li kollha għandhom il-funzjonijiet tagħhom. Xi ngħidu dwar il-kulur aħmar tad-demm? X’jipproduċi dan il-kulur?

Workshop 3: Aħna kompatibbli? Aħna siguri?

X’inhuma l-gruppi differenti tad-demm? Min huma d-donaturi u r-riċevituri universali? Kont taf li d-demm kollu jiġi ttestjat għal mard li hu trażmess mid-demm?

Show Planetarjum

Għal dan l-avveniment partikolari, id-dħul għall-Planetarjum huwa inkluż fil-prezz.

Ċellula Ċellula Ċellula

Aħna magħmula minn 70 triljun ċellula ħajja. Huma jaħdmu, jitkellmu, jaħsbu u jagħtuna l-ħajja. Din hija l-istorja ta’ kif jagħmlu dan. Ingħaqad ma’ Raj u Sooki hekk kif jimbarkaw fuq vjaġġ ‘ċell-takulari’ madwar il-ġisem u jiskopru kollox dwar iċ-ċelloli tagħna.

Sessjoni tal-Għoti tad-Demm

Qabel l-avveniment se ssir sessjoni ta’ donazzjoni tad-demm f’Villa Bighi, li tinsab ħdejn il-bini tal-Esplora fil-Kalkara. Is-sessjoni se tkun mis-2.00 sal-5.00 ta’ wara nofsinhar.

Fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora, fil-Kalkara fil-15 ta’ Ġunju 2018.

(mis-6.00 sal-10.00 ta’ filgħaxija)

Bħala parti mis-serje ta’ avvenimenti organizzati fit-tard għall-adulti biss, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora fil-Kalkara se jtella’ l-wirja Bloody Late fil-15 ta’ Ġunju 2018 mis-6.00 sal-10.00 ta’ filgħaxija.

L-avveniment se jinkludi workshops mid-donazzjoni għall-pazjent, is-sistema taċ-ċirkolazzjoni tad-demm u l-kompatibilità tad-demm, flimkien ma’ wirja li tenfasizza l-ħidma mwettqa mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. Membri mid-Donazzjoni tal-Organi, kif ukoll persuni li bbenefikaw mid-donazzjoni tal-organi se jkunu preżenti biex iqajmu kuxjenza u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar ir-rigal tad-donazzjoni tal-organi. Il-viżitaturi jistgħu wkoll jirreġistraw biex isiru donaturi tal-organi.

X’aktarx li ħafna minna qatt ma naħsbu dwar l-għoti tad-demm għax qatt ma ltqajna mal-bżonn; madankollu, in-nies li jirċievu d-demm qatt ma ħasbu fuq dan qabel lanqas! Matul dan l-avveniment, esperti u pazjenti se jkunu qed jagħmlu sessjonijiet differenti li jispjegaw il-kompożizzjoni tad-demm, il-gruppi tad-demm u l-għoti tad-demm flimkien mal-proċessi involuti sakemm id-demm jasal għand il-pazjent.

L-avveniment se jinkludi wkoll tliet workshops:

Workshop 1: Mid-Donazzjoni għall-Pazjent

Qatt ħsibt x’jiġri mid-demm mogħti? Id-demm imur għand pazjent li għandu bżonnu! Jidher sempliċi, iżda hemm proċess twil qabel ma jasal għand il-pazjent. Ingħaqad magħna biex issir taf kollox dwar dan il-proċess.

Workshop 2: Is-sistema ċirkolatorja tad-demm

X’inhi din is-sistema? Tixtieq tkun taf fiex jikkonsisti d-demm? Għandu komponenti differenti li kollha għandhom il-funzjonijiet tagħhom. Xi ngħidu dwar il-kulur aħmar tad-demm? X’jipproduċi dan il-kulur?

Workshop 3: Aħna kompatibbli? Aħna sikuri?