Bħas-sena ta’ qabel, l-2021 uriet li kienet waħda ta’ sfida minħabba l-pandemija tal-Covid-19 li ħalliet impatt fuq is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, fejn kien aktar diffiċli biex jiġu reklutati donaturi minħabba l-inċertezzi u l-biża’ li ġabet magħha din il-pandemija. L-NBTS għen fir-reklutaġġ ta’ donaturi għall-istudju COVPLEX li sar mill-Università ta’ Malta fuq l-ittestjar għall-antikorpi tal-Covid-19. L-infermiera tal-NBTS ikkontribwixxu wkoll għar-rollout tal-vaċċin tal-Covid-19, fejn ġew amministrati 26,689 vaċċin.

Il-Premju tal-Kwalità miksub fl-2020 inżamm b’suċċess matul din is-sena permezz ta’ serje ta’ eżerċizzji ta’ mystery shopper u laqgħat/pjanijiet ta’ azzjoni oħra fejn twettqu rakkomandazzjonijiet, inkluż l-installazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Sistema ta’ Kju.

Matul il-ġimgħa tas-servizz pubbliku l-Kap tas-Servizz Ċivili, s-Sur Mario Cutajar, żar l-NBTS għall-iffirmar tal-istandards ta’ kwalità.

L-islogan tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm ta’ din is-sena kien ‘Agħti d-demm u żomm id-dinja tħabbat’. Dan il-messaġġ enfasizza l-kontribut speċjali li jagħtu d-donaturi tad-demm biex id-dinja tibqa’ tħabbat billi jsalvaw l-ħajja u jtejjbu s-saħħa tal-pazjenti.

Minħabba l-pandemija, iċ-ċerimonja “Ħajr għad-Donaturi tad-Demm”, li normalment tiġi organizzata għall-WBDD, kellha tiġi kkanċellata. Madankollu, il-faċċata tat-3 Palazzi Presidenzjali, il-Pontijiet tal-Marsa, il-Ministeru għas-Saħħa, il-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali, Villa Bighi, il-Funtana tat-Tritoni, il-bini amministrattiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-maġġoranza tal-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex ġew imdawwla bl-aħmar. L-iskop primarju ta’ dan il-ġest kien li jirringrazzjaw lid-donaturi kollha tad-demm u wkoll li jkomplu jqajjmu aktar kuxjenza dwar il-ħtieġa kostanti għad-donazzjonijiet tad-demm. Fl-14 ta’ Ġunju, l-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta Dr George Vella u l-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna ppubblikaw messaġġi bil-vidjo relatati mal-Jum Dinji tad-Donatur tad-Demm. Barra minn hekk, filgħaxija, kien ipproġettat spotlight ikkulurit u spettaklu ta’ dawl bil- lejżer quddiem il-Berġa ta’ Kastilja fil-Belt Valletta taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru ta’ Malta Dr Robert Abela.

Matul din is-sena, il-maniġer taċ-Ċentru ta’ l-Għoti tad-Demm, is-Sur Angelo Degiorgio irtira wara 20 sena servizz.

2022

Saru żewġ spezzjonijiet għal-ħruġ tal-liċenzji għal-operat tal-Bank tad-Demm u Tessuti (Kornea), flimkien ma’ awditjar estern ta’ l-EDQM.

It-Tema ta’ din is-Sena għall-Jum dinji għad-donaturi tad-demm kienet: “id-Donazzjoni tad-demm huwa att ta’ solidarjeta. Salva ħajja billi ssir donatur.” Aqra aktar.

Wara waqfa ta’ sentejn minħabba l-pandemija tal-Covid-19, din il-ġurnata ġiet iċċelebrata f’Malta bit-8 ċerimonja “Ħajr għad-donaturi tad-demm” ġewwa l-Palazz Verdala taħt il-Patronċinju ta’ l-Eċċellenża tiegħu l-President ta’ Malta, it-tabib George Vella. Ħamsa u għoxrin donatur ġew mogħtija rikonoxximent mil- President ta’ Malta  ta’ kemm salvaw ħajjiet permezz tad-donazzjonijiet tagħhom.

WBDD 2022

Fi-sena 2018, iċ-Ċentru ta’ l-Għoti tad-Demm (NBTS) sa il-Bank Uffiċċjali ta’ l-għajnejn fejn matul din is-sena ġie wkoll assoċċjat mal-Bank ta’ l-Għajnejn Ewropew’ (EEBA). Din is-sena sitt pażjenti bbenifikaw minn trapjanti tal-korneas.

Ġie elett kumitat għal ‘Team Buidling’ sabiex ikun jista’ jorganizza attivitajiet li jgħinu sabiex tissaħħaħ il-ħidma fit-tim ta’ ħaddiema li jaħdmu ġewwa ċ-Ċentru ta’ l-Għoti tad-Demm (NBTS).

Fil-laboratorji sar l-ewwel proġett ta’ ‘interfacing’ bejn l-apparat li janaliżża l-kampjuni tad-demm mas-sistema li tieħu ħsieb l-immaniġġjar tad-donaturi.  Minn din is-sena kull donazzjoni tad-demm bdiet tkun ittestjata għal virus tal-Ħepatite E.

Interfacing donor management system with IH-500 analyser

Il-proġett tal-bini ta’ l-Istabiliment il-ġdid tad-Demm, Tessutti u Ċelloli (EBTC) miexi bil-għan li jibda jopera mis-sena 2025. Dan huwa stmat li jiswa madwar €30 miljun fejn ser ikun iffinanzjat mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja.  Din is-sena, 9 professjonisiti minn dan iċ-Ċentru (NBTS) ntbagħtu ġewwa Sqallija u l-Olanda, b’fondi akwistati mill-Erasmus+, sabiex jieħdu taħriġ fuq is-serviżżi l -ġodda li l-Istabilliment il-ġdid ser jibda joffri.  Aqra aktar.

2023

L-Organizzazjoni Dinija tas-Saħħa ħarġet bit-Tehma “Agħti d-Demm, Agħti l-plażma, naqsmu l-ħajja, naqsmu spiss” għall-Jum Dinji għad-Donaturi tad-Demm. Aqra aktar

Ġewwa Malta u Għawdex inxtgħelu binjiet prominenti bl-aħmar bħala ringrazzjament għad-donaturi kollha u sabiex jitqajjem aktar għarfien dwar l-importanza tad-donazzjoni tad-demm. Aqra aktar

Dan il-Jum ġie ċċelebratt ukoll permezz tad-9 Ċerimonja ‘Ħajr għad-donaturi tad-Demm’ li ġiet organizzata ġewwa l-Palazz Verdala taħt il-Patronċinju tal-President ta’ Malta l-Eċċellenza tiegħu it-tabib George Vella.  F’din iċ-ċerimonja 15 il-mara u 10 irġiel ingħataw rikonoxximent mil-President ta’ l-kontribuzzjoni tagħhom sabiex jiġu salvati ħajjiet.

Matul din is-sena ġiet imnedija kampanja bit-titlu ‘Kull donatur huwa Eroj’ bil-għan li jiżdiedu l-ammont ta’ donaturi ma’ dawk li diġa jagħtu.

Superhero campaign

Din is-sena bdiet ukoll it-testjar u l-validazzjoni sabiex jiġi estiż l-ammont ta’ ġranet li korneas jibqaw tajbin minn seba’ t’ijiem għal erbatax il-jum. Dan ser jgħin sabiex dan it-tessut prezzjuz ikun aktar dissponibli.  Saru ħafna diskussjoni u ġew implimentati proċeduri ġodda sabiex jikber l-għarfien tal-importanza tad-donazzjoni ta’ dan it-tessut peress li wara l-pandemija l-ammont ta’ donazzjonijiet tal-kornea baqa baxx.

F’Ġunju beda l-bini ta’ l-Istabiliment il-ġdid tad-Demm, Tessutti u Ċelloli (EBTC).

Għal-ewwel darba l-NBTS ipparteċipa fl-EXPO għas-servizz pubbliku fejn din is-sena kien iffukat fuq it-trassformazzjoni diġitali fis-settur pubbliku.

Participating in EXPO 2023

Din is-sena ukoll ġie stabilit sħubija bejn is-servizz tal-BOLT u ċ-Ċentru ta’ l-Għoti tad-demm sabiex iwassal lid-donaturi b’xejn minn u lejn iċ-Ċentru għad-donazzjoni tagħhom. Aqra aktar

2024

Ix-xogħol fuq il-faċilità l-ġdid tad-demm, tessuti u ċelloli kompla matul din is-sena. Aqra aktar 

L-attivitajiet tal-ibbankjar tat-tessuti kompla fejn inġabru u ġew trapjantati 14-il kornea. Intlaħaq ukoll ftehim mal-Italja biex tipprovdi membrana amnjotika mnixxfa u ffriżata, kif ukoll ftehim mal-Ġermanja biex tipprovdi tessut tal-kornea, sabiex tiżgura provvista kostanti. Barra minn hekk, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ġie liċenzjata biex toffri servizz ġdid ta’ qtar għall-għajnejn fis-serum awtologu lil pazjenti rriferuti mid-Dipartiment tal-Oftalmoloġija. 

Fl-14 ta’ Ġunju ġie ċċelebrat l-għoxrin Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm bl-islogan “20 sena niċċelebraw l-għoti tad-demm: grazzi donaturi” Aqra aktar

F’Malta, iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ikkomemora it-tmien Ċerimonja ta’ Ħajr għad-Donaturi tad-Demm, taħt il-patronċinju tal-E.T. il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, aqra aktar fil-Palazz Verdala. Aqra aktar 

                   

                                  Ritratt kortesija lill-Uffiċċju tal-President

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, li kiseb il-Quality Label fl-2020, reġgħa ngħata l-Premju tal-Kwalità għaż-żamma tal-konsistenza u l-impenn biex jipprovdi servizz ta’ kwalità għolja. Aqra aktar 

                   

Il-linji gwida tal-eliġibilità tad-donazzjoni tad-demm ġew riveduti u aġġornati, fejn issa donaturi li jieħdu ċerti mediċini jistgħu jagħtu d-demm. Aqra aktar