“Jekk trid tifhem illum, trid tfittex x’ġara lbieraħ” ~ Pearl Buck.
“Il-kurżità u l-ħtieġa huma dejjem l-ingredjenti ewlenin fl-iskoperti kbar. Bis-saħħa tar-riċerka fuq il-funzjonijiet u l-analiżi tal-ġisem uman, il-bniedem kien kapaċi jiskopri tekniki importanti ħafna li għadhom jintużaw sal-lum sabiex jimminimizzaw l-uġigħ u jtawlu l-ħajja. Waħda minn dawn kienet l-iskoperta tal-kompożizzjoni tad-demm u l-importanza tiegħu biex isalva l-ħajja” (Balzan, 2012).
Il-paġni li ġejjin fihom informazzjoni mir-riċerka msemmija. L-istorja tal-bank tad-demm Malti tiġi aġġornata kull sena, bl-użu ta’ informazzjoni miġbura mir-rapporti annwali tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm.