Il-ġisem tal-bniedem (adult ta’ 70kg) fih madwar 5 litri ta’ demm; dan ivarja skond is-sess u l-piż.
Id-demm huwa magħmul minn 44% ċelluli ħomor tad-demm, 55% plażma u madwar 1% jikkonsisti minn ċelluli bojod tad-demm u plejtlits.
It-temperatura medja tad- demm fil-ġisem hija ta’ 36.7 gradi Celcius.
Għandu pH ta’ 7.35-7.45, li jagħmel id-demm kemmxejn alkalina (inqas minn 7 huwa meqjus aċiduż).
Demm sħiħ huwa madwar 4.5-5.5 darbiet aktar viskuż mill-ilma, li jindika li huwa aktar reżistenti għall-fluss mill-ilma. Il-viskożità tad-demm tiddependi fuq il-komponenti, ir-rata tal-fluss u t-temperatura. Kundizzjonijiet differenti jwasslu għal viskożitajiet differenti.
Id-demm fl-arterji huwa aktar ħamrani mid-demm fil-vini minħabba l-livelli ogħla ta’ ossiġnu li jinsabu fl-arterji.
Tarbija tat-twelid għandha madwar tazza demm f’ġismha.
Id-demm ma jittrasportax ossiġnu biss, iżda wkoll dijossidu karboniku, nutrijenti mis-sistema diġestiva u minn siti ta’ ħażna għall-bqija tal-ġisem, prodotti ta’ skart, ormoni lejn iċ-ċelloli fejn huma meħtieġa u sħana lill-ġilda sabiex tgħin biex tirregola t-temperatura tal-ġisem.
Iċ-ċelluli ħomor tad-demm għandhom żewġ funzjonijiet ewlenin; biex iġorru l-ossiġnu mill-pulmun għaċ-ċelloli u d-dijossidu karboniku miċ-ċelloli lura lejn il-pulmun.
Dawn huma ftit fatti dwar id-donazzjoni tad-demm, għaliex nies b’attitudni altruwistika jistgħu jixtiequ jsiru donaturi tad-demm.
Numru kbir ta’ nies jiddependu fuq il-ġenerożità kontinwa ta’ oħrajn li huma b’saħħithom.
Għall-persuna marida li teħtieġ trasfużjoni, id-demm jista’ jkun id-differenza bejn il-ħajja u l-mewt.
Donazzjoni normali hija unità waħda ta’ demm (jiġifieri 475ml). Adulti, bħala medja, għandhom madwar 5 litri tad-demm f’ ġisimhom.
L-għoti tad-demm mhux se jnaqqaslek saħħtek.
Ġisimna jissostitwixxi t-telf ta’ amont ikkontrollat tad-demm waħdu.
Madwar 50 sa 60 unità tad-demm huma meħtieġa kuljum biex jissodisfaw it-talbiet mill-isptarijiet.
Iċ-ċelluli ħomor iridu jintużaw fi żmien 42 jum.
Nies li jkunu sofrew telf kbir tad-demm, jistgħu jeħtieġu madwar 50 unità ta’ ċelluli ħomor tad-demm.
Wieħed jew tnejn inċidenti serji, ħafna drabi huma biżżejjed biex ibattlu il-ħażniet tad-demm tagħna.
L-għoti tad-demm huwa sigur.
Ċertu pazjenti, bħal dawk bi problemi tal-kliewi, jeħtieġu trasfużjonijiet tad-demm fuq bażi regolari.
Kważi 300 inċident gravi tat-traffiku jseħħu f’Malta kull sena u 17 minnhom huma fatali.
Donaturi tad-demm Maltin huma biżżejjed biex jissodisfaw it-talbiet lokali, għinna biex inżommuha hekk.
Jekk bdejt tagħti donazzjonijiet tad-demm ta’ 17-il sena u tajt 3 darbiet fis-sena sal-età ta’ 70 sena, kont tagħti aktar minn 69 litru demm.
Kull min huwa b’saħħtu u għandu mill-inqas 17-il sena, jista’ jagħti d-demm kull 3 xhur jekk huwa raġel u kull 4 xhur jekk hija mara.
Globalment madwar 112.5 miljun borża tad-demm (donazzjonijiet) jinġabru kull sena.
Sa tliet pazjenti jistgħu jiġu kkurati b’kull pinta demm mogħtija, minħabba li d-demm sħiħ huwa maqsum fi 3 komponenti: iċ-ċelluli ħomor, il-plażma u l-plejtlits.
Pazjenti li jkunu għaddejjin minn trattament għall-kanċer, pazjenti bi trawma u dawk li jkunu jeħtieġu kirurġija maġġuri jistgħu jkollhom bżonn numru ta’ komponenti tad-demm għat-trasfużjoni.
Il- proċess tal-għoti tad-demm normalment jieħu madwar 7 minuti. Il-proċess kollu, mill-ħin li tidħol sal-ħin li titlaq, jieħu madwar siegħa.
Ma tistax tieħu mard infettiv trasmess mid-demm meta tagħti donazzjoni.
It-testijiet għal mard infettiv li jistgħu jiġu trażmessi mid-demm, isiru fuq kull unità ta’ demm mogħti.
Il-plejtlits għandhom jintużaw fi żmien 5 ijiem mill-ġbir.
M’hemm l-ebda sostitut għad-demm uman.
Aktar minn 300,000 persuna f’Malta jistgħu jagħtu d-demm iżda bilkemm 5% jagħmlu dan.
Id-donaturi jagħmluha b’sens ta’ dmir u ma jistennew xejn lura.
Id-demm huwa meħtieġ kuljum.
L-għoti tad-demm issalva l-ħajja.
Fatti fuq il-gruppi tad-demm
F’Malta, nies li għandhom Grupp tad-demm A pożittiv, għandhom l-aktar tip ta’ demm komuni, 41%. Individwi b’demm A(+) jjistgħu jagħtu donazzjoni lil nies b’tipi tad-demm A pożittiv u AB pożittiv.
It-tieni l-aktar grupp tad-demm komuni huwa O+ (38%). Individwi b’demm O pożittiv jistgħu jagħtu donazzjoni lil nies b’ demm tal- gruppi O pożittiv, A pożittiv, B pożittiv u AB pożittiv.
Id-demm O negattiv, li jinsab f’5% tal-popolazzjoni, huwa magħruf bħala l-grupp tad-demm universali għaliex jista’ jiġi trasfuż lil kważi kull pazjent fil-bżonn.
Peress li d-demm tal-grupp A negattiv huwa meqjus bħala wieħed mit-tipi ta’ demm rari, huwa importanti ħafna li jinżamm provvista xierqa fil-banek tad-demm u l-isptarijiet. Huwa preżenti f’madwar 4.5% tal-popolazzjoni.