Tista’ tgħin lis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm mhux biss billi tagħti d-demm iżda b’modi oħra wkoll, jew billi tqajjem kuxjenza dwar l-importanza li tagħti d-demm jew billi tkun organizzatur / voluntier.
Il-Mobile Unit għall-Għoti tad-Demm
Il-Mobile Unit għall-Għoti tad-Demm iżur diversi lokalitajiet u postijiet tax-xogħol matul is-sena. B’hekk jiffaċilita r-reklutaġġ ta’ donaturi tad-demm ġodda, speċjalment dawk li għandhom ħin liberu limitat. Il-Mobile Unit jiġbor aktar minn 3000 unità tad-demm fis-sena u sar sors importanti tal-ġbir tad-demm. L-avvenimenti meta l-Mobile Unit iżur il-bliet u l-irħula huma msejjħa BLOOD DRIVES.
Blood Drives
Organizzatur li jorganizza avveniment tal-ġbir tad-demm mhux bilfors ikun donatur innifsu. Hemm xi kriterji li jridu jintlaħqu biex persuna torganizza dan l-avveniment. Dawn jinkludu li: l-organizzatur jiġbor lista ta’ madwar 25 persuna li jkunu nteressati biex jagħtu d-demm. Apparti minn hekk, l-organizzatur jista’ jħeġġeġ nies oħra biex jagħmlu l-istess, filwaqt li jżomm kuntatt mal-persuni nteressatti u jfakkarhom fl-avveniment.
Organizzaturi li ma jirnexxilhomx jissodisfaw il-kriterji msemmija hawn fuq, iżda għandhom numru żgħir ta’nies li jixtiequ jagħtu d-demm, xorta jistgħu jgħinu billi jibagħtu l-grupp ta’ nies interessati fiċ-ċentru tal-għoti tad-demm ġewwa Gwardamanġa. Għal aktar informazzjoni, tista’ ċċempel fuq 7930 7307 jew 2206 6209 jew ibgħatilna email fuq [email protected]
Peress li l-Mobile Unit fih 80 pied tul u bit-taraġ fuq il-ġenb, għandu jkun hemm spazju adegwat għall-parkeġġ. Zoni diżlivellati għandhom jiġu evitati.
Il-Mobile Unit għall-Għoti tad-Demm huwa disponibbli mit-8.30 ta’ filgħodu sas-1.00 ta’ wara nofsinhar.
F’każ ta’ diffikultà, jekk jogħġbok ċemplilna fuq 7930 7307 jew fuq il-linja fissa 2206 6201 jew il-freephone 8007 4313.
Il-Ġbir tad-Demm f’Għawdex isir fil-Berġa tax-Xewkija Ħadd iva u Ħadd le bejn it-8.00 ta’ filgħodu sas-1.00 ta’ wara nofsinhar u Tlieta iva u Tlieta le bejn is-1.00 u l-5.00 ta’ wara nofsinhar.
Għal aktar informazzjoni ara l-iskeda ta’ hawn taħt jew ċemplilna fuq 7930 7307.
Skeda ta’ Blood Drives
Leġġenda
Għawdex nhar it-Tlieta mis-1.00 sal-5.00 ta’ wara nofsinhar fil-Berġa tax-Xewkija
Għawdex nhar ta’ Ħadd mit-8.00 ta’ filgħodu sas-1.00 ta’ wara nofsinhar fil-Berġa tax-Xewkija
07-06-2026, il-Ħadd, Birżebbugia ħdejn il-Knisja Parrokjali;
09-06-2026, it-Tlieta, Għawdex ġewwa l-Berġa tax- Xewkija;
14-06-2026, il-Ħadd, Għawdex ġewwa l-Berġa tax- Xewkija u Ħal-Qormi ħdejn il-Knisja Parrokjali ta’ San Bastjan;
21-06-2026, il-Ħadd, Gżira Sea Front ħdejn il-Każin tal-Banda;
23-06-2026, it-Tlieta, Għawdex ġewwa l-Berġa tax- Xewkija;
28-06-2026, il-Ħadd, Għawdex ġewwa l-Berġa tax- Xewkija u l-Mellieħa ħdejn il-Park tal-Famija ta’ Selmun;
29-06-2026, Mosta, PAMA ġewwa l-parkeġġ tal-kumpless tax-xiri.
Dejjem ġib il-Karta tal-Identità jew il-Liċenzja tas-Sewqan miegħek.
It-tfal żgħar għandhom ikunu akkumpanjati minn adult li ma’ jkunx se jagħti d-demm
Għal aktar informazzjoni dwar l-eliġibilità biex tagħti donazzjoni tad-demm, għafas hawn.